IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQÀ MAL-FONDAZZJONI NANNIET MALTA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum iltaqghet mal-Fondazzjoni Nanniet Malta li tinkludi fiha wkoll fergħa minn Għawdex.
F'din il-laqgħa l-Fondazzjoni Nanniet Malta ippreżentaw rapport ta’ proposti u attivitajiet li qiegħdin jippjanaw fiż-żmien li ġej u stqarru li jixtiequ li jkunu iżjed parteċipi u attivi fil-komunità.
Min-naħa tagħha s- Segretarju Parlamentari Justyne Caruana stqarret li ħadet gost b’din il-laqgħa u tenniet l-apprezzament tagħha lejn in-nanniet ghaliex li kieku ma jkunux in-nanniet ħafna ommijiet ma jkunux jistgħu joħorġu jaħdmu fosthom l-istess Segretarju Parlamentari. Kompliet tgħid li is-Segretarjat ser isostni u ser jinvolvi bis-sħiħ lil din il-fondazzjoni.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041