Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

pr141380
Date Icon 18/06/2014

B’referenza għar-rapporti li dehru fil-mezzi tax-xandir internazzjonali u lokali dwar allegazzjonijiet tal-Gvern Libjan fuq kutrabandu li qed isir minn xi Maltin mal-Libja speċjalment b’dak li għandu x’jaqsam ma’ kutrabandu ta’ żejt (fuel), il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin irid jiċċara li kien diġà infurmat b’dan  mill-ambaxxatur Malti fil-Libja u li kien diġà wassal dawn l-allegazzjonijiet għall-attenzjoni tas-Servizzi ta’ Sigurtà Maltin . 

Barra minn hekk, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti sejjaħ ukoll liċ-Charges d’Affaires Libjan Huseen M. M. Benown, fejn tennielu l-impenn ta’ Malta kontra kull forma ta’ kriminalità, kutrabandu, u traffikar ta’ sustanzi illeċiti. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin talab liċ-Charges d’Affaires Libjan iwassal il-messaġġ lill-Gvern Libjan li Malta bħal dejjem hi lesta li tiġġieled din it-tip ta’ kriminalità u talbu biex il-Gvern Libjan jinforma lill-Gvern Malti b’kull informazzjoni li jista’ jkollu biex tittieħed azzjoni immedjata u sfiqa u jekk ikun il-każ anki b’kollaborazzjoni mal-Forzi tal-Ordni Libjani.

Il-Ministru talab liċ-Charges d’Affaires Libjan biex  iwassal ukoll l-impenn tal-Gvern Malti li jkompli jara lill-Libja tissaħħah fl-istabbiltà u sigurtà u assigurah li l-Gvern Malti li tant ħadem fil-passat fl-interess tal-Libja, żgur m’għandu ebda interess li jara attività kriminali minn Maltin jew barranin li tnawwar l-ekonomija, sigurtà, jew stabbiltà tal-Libja.

Il-Ministru informa wkoll liċ-Charges d’Affaires Libjan li diġà llum stess qegħdin isiru laqgħat tal-ogħla livell fil-qasam tas-sigurtà ta’ pajjiżna biex jiġu vverifikati dawn l-allegazzjonijiet u jittieħdu dawk id-deċizjonijiet kollha neċessarji biex jitrażżnu attivitajiet bħal dawn biex min jinstab responsabbli jitressaq quddiem il-Qrati.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti informa wkoll liċ-Charges d’Affaires Libjan li iktar tard llejla se jagħmel kuntatt mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Libjan biex miegħu jiddiskuti l-aħħar żviluppi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow