STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA
pr141373
17/06/2014
Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-UĦM illejla kompliet għaddejja bid-direttivi tagħha lill-ħaddiema.
Il-Ministeru nnota b’sodisfazzjon li l-ħaddiema tal-kumpanija fehmu l-importanza li jibqgħu jagħtu s-servizz essenzjali lill-pubbliku kif ukoll l-importanza tal-mument f’dan l-istadju sensittiv ta’ negozjati dwar l-għażla ta’ operatur ġdid tat-trasport pubbliku.
Fid-dawl tad-dikjarazzjoni li saret illejla mill-UĦM, li qalet li fi ħsiebha tkompli bl-azzjoni industrijali fil-ġranet li ġejin, il-Ministru Joe Mizzi appella għas-sens ta’ responsabbliltà u tenna li għadu disponibbli li jkompli bit-taħdidiet la darba jitwaqqfu d-direttivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041