Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U INFRASTRUTTURA

pr141370
Date Icon 17/06/2014

Fid-dawl tat-twissijiet dwar azzjoni industrijali fil-Malta Public Transport Services, matul il-ġurnata tal-bieraħ, il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura kompla b’laqgħat separati mal-GWU u l-UĦM.

Matul il-laqgħa mal-UĦM, l-Unjin intalbet biex tipprovdi informazzjoni li potenzjalment turi li għandha aktar minn 50% tal-ħaddiema fl-MPTSL, iżda l-Unjin ma ressqitx dawn il-provi.

Min-naħa l-oħra, s’issa jirriżulta biċ-ċar li l-Unjin rikonoxxuta sal-lum, il-GWU, għandha aktar minn 50% tal-ħaddiema membri fl-MPTSL.

Sal-bieraħ bil-lejl, il-Ministru stieden lill-UĦM biex qabel kull tip ta’ direttivi li jistgħu jidħlu fis-seħħ illum, jiltaqgħu dalgħodu biex jintlaħaq qbil dwar il-proċess ta’ verifikazzjoni.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru Joe Mizzi qal li f’dan il-kuntest, inħolqot sitwazzjoni bla bażi għad-detriment tal-pubbliku u għaldaqstant hija ta’ min jikkundannaha.

Huwa appella għal responsabbiltà minn dawk kollha involuti.

Huwa appella wkoll biex f’dan il-mument sensittiv, ma jinħolqux argumenti bla bażi li jistgħu b’xi mod joħolqu tensjoni fost il-ħaddiema jew ifixklu l-proċess, li għadu miftuħ, biex jiġi identifikat l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow