IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA TILTAQA' MAL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-ANZJANI
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ltaqgħet mal-Kunsill Nazzjonali għall-Anzjani fl-uffiċini tas-Segretarjat Parlamentari. Waqt din il-laqgħa ż-żewġ naħat esprimew il-ħeġġa li jikkolaboraw flimkien b’risq l-anzjani tagħna. Filwaqt li l-Kunsill esprima s-sodisfazzjoni għall-abbozz ta’ Liġi dwar l-amendi tal-Kodiċi Kriminali dwar l-abbużi fuq l-anzjani, is-Segretarju infurmat lill-membri tal-Kunsill li proprju ftit tal-minuti qabel kienet ġiet preżentata l-mozzjoni relattiva fil-Parlament.
Il-KNA ta rendikont tal-ħidma prospettiva għal din is-sena u s-Segretarju Parlamentari estendiet kull għajnuna u appoġġ possibbli għat-twettiq ta’ dan il-programm. Minn naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari tat ukoll rendikont tax-xogħol li sar taħt is-Segretarjat tagħha u kif ukoll tal-pjanijiet li hemm għal dan il-qasam. Spjegat kif l-abbozz tal-Kummissajru tal-Anzjani issa jinsab fi stadju avanzat u kif ukoll ġew mibdija abbozzi oħra.
Is-Segretarju Parlamentari tenniet l-apprezzament tagħha għax-xogħol siewi li jsir mill-Kunsill u awgurat kollaborazzjoni ikbar mill-qrib mal-Kunsill.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041