RIFORMA FL-INFURZAR LOKALI; RIFORMA MIBNIJA FUQ KUNSENS WIESGĦA
Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali ħa nota tal-osservazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista għar-riforma proposta mill-gvern fil-qasam tal-infurzar lokali.
Bħala Segretarjat Parlamentari nieda konsultazzjoni pubblika wara li trressqet white paper fl- 1 ta’ Frar li għadda, konsultazzjoni li ġiet fi tmiemha fl-aħħar ta’ April illi għadda. Ta’ min jinnota li r-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista waslet xahar u nofs tard, madankollu s-segretarjat ser ikun qed jevalwa l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Riforma li mill-bidu tagħha kienet intiża li tkun mibnija fuq l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar erbatax-il sena.
Is-sistema preżenti mmexxija mill-privat kienet qed tqum ħafna flus filwaqt li kienet dipendenti biss fuq il-ħlas tal-multi. Iċ-ċifri juru li kwazi 75% tal-multi kienu qed jitħallsu fi spejjez biex titħaddem is-sistema filwaqt li l-kunsilli lokali u l-kumitati reġjonali spiċċaw bi problemi finanzjarji. Ix-xogħol tal-gwardjani lokali kien iffukat biss fuq il-kontroll tat-traffiku u l-għoti taċ-ċitazzjonijiet minflok funzjonijiet bħal edukazzjoni u ħarsien ambjentali.
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali jemmen li l-infurzar lokali għandu jkun mibni fuq sistema aktar ġusta u kredibbli, sistema li televa l-istatus tal-gwardjani lokali filwaqt li tgħin liċ-ċittadini u li topera b’inqas spejjez. Il-gvern ser jibqa’ kommess li bis-sehem tal-istakeholders kollha, jassigura sistema ta’ infurzar lokali mingħajr ingustizzji fejn iċ-ċittadin iħossu protett u mhux abbużat.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041