Left arrow Mur Lura

‘HAVING YOUR VOICE HEARD IN EUROPE - THROUGH THE BALLOT BOX’ JINTAGĦŻEL BĦALA L-AĦJAR PROĠETT FL-EWROPA

pr141366
Date Icon 16/06/2014

Minn fost il-proġetti mtella’ fil-25 pajjiż tal-Unjoni Ewropeja, ‘Having your voice heard in Europe - through the ballot box’, ġie rikonoxxut mill-European Youth Forum bħala l-aqwa u l-iktar proġett attiv fl-Ewropa.  Din kienet inizzjattiva organizzata minn Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-uffiċju tal-Parlament Ewropew.

Fl-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius faħħar din l-inizzjattiva u aċċenna għall-fatt li jifhem dak li għaddejjin minnu dawn iż-żgħażagħ għaliex anke hu meta kien żagħżugħ ifforma parti minn dak li dak iż-żmien kien jissejjaħ FGHZN.  Għalhekk jaf x’ostakli jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ speċjalment fejn tidħol politika.  Is-Segretarju Parlamentari kompla jisħaq fuq l-importanza li dan il-proġett ma’ kienx politiċiżżat u li kien dan is-sigriet tas-suċċess tiegħu.   

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma qalet li b’din il-preżentazzjoni tallum qed jasal fi tmiemu l-proġett ‘Having your voice heard in Europe - through the ballot box’,  li kien proġett Ewropew tal-programm Youth in Action. Dan il-proġett kellu l-għan li jeduka u jinforma liż-żgħażagħ dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-Membri Parlamentari Ewropej. Fl-istess waqt il-proġett ippromwova l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, kif ukoll saħħaħ l-informazzjoni u l-għarfien bażiku tagħhom fil-proċess demokratiku li wassal għall-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej 2014.

Intant tkellem wkoll l-ambaxxatur nazzjonali tal-League of Young Voters Malta (LYV) Andrew Micallef li ta spjegazzjoni dettaljata tal-attivitajiet kollha organizzati f’din il-kampanja.  Huwa spjega kif Malta ingħaqdet f’kampanja waħda li kienet ilha tinħema għal dawn l-aħħar sena u nofs.  F’din il-kampanja ngħataw spazju t-tlett partiti prinċipali.  Din l-inizzjattiva resqet lejn iż-żgħażagħ u mhux biss edukathom imma għenithom jipparteċipaw u jidħlu fiċ-ċans li jirbħu titjira għall-Parlament Ewropew fi Brussell. Filfatt fl-aħħar tal-attività saret preżentazzjoni lit-tlett żgħażagħ rebbieħa: Ansel Cefai, Nigel Azzopardi u Jeanesse Scerri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow