IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA IŻŻUR IL-MISSIRIJIET RESIDENTI FIL-WARDS TAL-ANZJANI FL-ISPTAR ĠENERALI T’ GĦAWDEX
Dalgħodu is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Dizabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret lil missirijiet li hemm residenti fis-swali tal-irġiel anzjani magħrufa bħala Geriatric Ward fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn awguratilhom l-isbaħ xewqat għal dan il-jum speċjali u qassmitilhom ukoll xi rigali bħala tifkira. Awgurat ukoll xewqat sbieħ lil missirijiet kollha kemm dawk li jgħixu mal-familjari tagħhom, dawk li jgħixu fid-djar weħidhom, kif ukoll lil dawk li jgħixu f’xi djar ta’ l-anzjani madwar Malta u Għawdex. Waqt li s-Segretarju Parlamentari kienet qed iżżur lil kull anzjan ma naqsux l-awguri lil dawk il-missirijiet li huma rikoverati fl-isptarijiet, fejn qalet li f’dan il-jum speċjali huwa rigal tassew sabiħ li l-ulied iżuru lil missierijiethom.
Dr. Caruana stqarret li l-missier għandu rwol importanti ħafna għall-familja speċjalment fit-trobbija tal- ulied u għalhekk l-ulied ta' missirijiet anzjani għandhom juruhom rispett f' din il-fażi delikata tal-anzjanita'
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041