Left arrow Mur Lura

L-GĦAQDA MUŻIKALI SAN ĠORĠ MARTRI, QORMI TINVESTI F’UŻU AKTAR EFFIĊJENTI TAL-ENERĠIJA

pr141359
Date Icon 15/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg attenda għall-inawgurazzjoni ta’ proġett iffinanzjat minn fondi ewropej u li wassal sabiex l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri tinvesti f’panelli fotovoltajiċi fuq il-bini tas-soċjetà. Dan il-proġett ġie parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali b’investiment ta’ €21,020.

Dr Borg fl-indirizz tiegħu waqt din l-attività tkellem fuq l-aċċess għall-Fondi Ewropej minn Għaqdiet mhux Governattivi bħal Każini tal-Baned fil-programm finanzjarju 2014-2020. Huwa qal li biex tiżdied il-possibiltà għal aċċess ta’ finanzjament ewropew minn dawn l-għaqdiet, l-interventi għandhom iħallu tkabbir ekonomiku, ħolqien ta’ impjiegi u ambjent dejjem aktar nadif.

L-għaqdiet mhux governattivi fis-snin li ġejjin għalhekk għandhom jippruvaw ikunu aktar innovattivi fl-applikazzjoni tagħhom fejn mhux bilfors jippruvaw japplikaw għall-proġetti li jħallu impatt dirett fuq l-għaqda, imma għandhom jiffukaw fuq interventi li jgħinu sabiex l-għaqda taħdem b’mod aktar effiċjenti. Dan bħal ma għamlet l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri,  Qormi fejn investiet sabiex telimina l-ispejjeż tagħha għar-rigward il-konsum elettriku filwaqt li tippromwovi użu aktar effiċjenti tal-enerġija

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow