IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA' PERSUNI B'DIZABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TĦABBAR ABBOZZ TA' LIĠI FUQ L-ABBUŻ FUQ L-ANZJANI
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żiedet tgħid li permezz tas-Segretarjat tagħha trid mhux biss tqajjem kuxjenza iżda tikkumbatti l-abbuż ta' kull tip fil-konfront tal-anzjani u saħqet fuq l-obbligi mhux biss morali imma legali li nieħdu ħsieb l-anzjani, membri tal-familja tagħna. Dan ma jfissirx li l-istat għandu jabdika mir-responsabbiltà li jipprovdi s-servizzi - anzi dan il-gvern ser iżid u jtejjeb dawn is-servizzi anke fil-komunità fosthom servizzi ta' night shelters u respite fil-komunità.
Is-Segretarju Parlamentari ħabbret ukoll li hemm sensiela ta' liġijiet oħra pjanati fosthom abbozz ta' liġi dwar Kummissarju għall-anzjani li diġà qiegħed għand l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali; abbozz ta' liġi li jamenda l-Kodiċi Ċivili Kap. 16 u l-Kodiċi ta' Proċedura Kap. 12 kif ukoll liġi komprensiva li tipproteġi l-adulti vulnerabbli.
Ħabbret kif mix-xahar id-dieħel ser jibda wkoll ezerċizzju massiċċ ħafna ta' outreach fil-komunità biex inkomplu nidentifikaw il-bżonnijiet tal-anzjani tagħna.
Dr Caruana temmet tgħid li l-Gvern impenjat li jwettaq il-wegħdiet elettorali fil-manifest u din il-liġi appuntu hija wiegħda elettorali li qed titwettaq. Għalhekk fl-okkażjoni tal-lum appellat lil kull min ikun jaf li qed jitwettaq xi abbuż fil-konfront ta' xi anzjan jew anzjana biex jirraporta għaliex b'hekk verament ikollna liġi konkreta u dan l-abbozz huwa pass konkret biex neradikaw l-abbuż fost l-anzjani tagħna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041