STQARRIJA MAHRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
B’referenza għall-protest ġudizzjaru li ġie ppreżentat mill-Uffiċju tal-Ombudsman, filwaqt li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali itenni r-rispett tiegħu lejn l-istituzzjoni tal-Ombudsman, il-Ministeru jixtieq jagħmilha ċara li qatt ma ċaħħad lill-membri tal-Forzi Armata ta’ Malta milli jressqu l-ilmenti tagħhom biex dawn jinstemgħu u jiġu anke indirizzati, però iridu josservaw it-toroq stabbiliti fil-liġi.
Għall-kuntrarju dan il-Ministeru ħoloq aktar għodod biex tali ilmenti jiġu indirizzati, bil-ħolqien ta’ Bord tal-Inġustizzji fl-Armata li sab li l-maġġoranza tal-ilmenti li tressqu minn diversi membri tal-Armata kienu ġustifikati u fil-jiem li ġejjin ser jibdew jiġu indirizzati.
Il-Ministeru jikkjarifika li l-Uffiċju tal-Ombudsman jista’ jinvestiga kull ilment minn kull membru tal-armata li hu inqas mir-rank ta’ Uffiċjal ikkummissjonat, u l-Ministeru jibqa’, kif dejjem għamel s'issa, jikkopera bis-sħiħ f'tali investigazzjonijiet.
Uffiċjali kkummisjonati għandhom però mezzi oħra biex jindirizzaw l-ilmenti tagħhom, skont l-Att tal-Forzi Armati ta' Malta, liema liġi ilha tiġi rispettata għal diversi snin, anke f'każijiet simili preċedenti, u liema liġi qatt ma ġiet mibdula.
Fil-jiem li ġejjin il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ser jippreżenta kontroprotest.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041