NIRIEN FL-AMPUTEE REHAB UNIT FL-ISPTAR SAN LUQA
pr141356
14/06/2014
Dalgħodu ġew irrappurtati nirien fl- Amputee Rehab Unit fl-Isptar San Luqa.
Immedjatament ġew imsejħa l-pulizija u l-membri tal-protezzjoni ċivili li ħadu l-passi neċessarji biex jikkontrollaw in-nirien. Investigazzjonijiet preliminari wrew li n-nirien ġew ikkawżati b’mod aċċidentali. F’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd.
L-awtoritajiet tas-Saħħa ħadu l-passi neċessarji sabiex jinsab post alternattiv minn fejn ser jingħataw is-servizzi relatati ma’ din il-Unit. Il-pazjenti li jieħdu dan is-servizz se jiġu infurmati bl-arranġamenti l-ġodda
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041