Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr141352
Date Icon 13/06/2014

Opportunità ta’ żvilupp fi ħdan il-Commonwealth bil-għan li l-organizzazzjoni tirrifletti r-realtajiet tal-lum

Waqt riċeviment ospitat mill-Kummissarju Għoli Ingliż Robert Haydon Vernon Luke fl-okkażjoni ta’ għeluq snin il-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-laqgħa tal-Kapijiet tal-Istat tal-Commonwealth li se ssir f’pajjiżna s-sena d-dieħla, tista’ sservi ta’ opportunità għall-iżvilupp ta’ din l-organizzazzjoni.

Dan it-tiġdid, saħqet il-President Coleiro Preca, jista’ jwassal għal vuċi aktar b’saħħitha li tirrifletti aħjar ir-realtajiet tal-lum.

Iddeskriviet din il-pjattaforma bħala organu li jista’ jiżviluppa programmi u inizjattivi għall-benefiċċju tal-pajjiżi kollha madwar id-dinja.

Il-President Coleiro Preca tkellmet mhux biss dwar ir-relazzjoni tajba li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi iżda anke dwar il-ħbiberija li kompliet tikber u tissaħħaħ hekk kif Malta u r-Renju Unit jħaddnu l-istess determinazzjoni u rieda favur il-paċi, il-prosperità u d-djalogu.

Semmiet diversi oqsma li fihom Malta u r-Renju Unit qed jaħdmu flimkien, fosthom fil-qasam tas-saħħa, fejn permezz ta’ ftehim bilaterali qed jiġu salvati aktar ħajjiet ta’ ċittadini Maltin li jitilqu minn xtuthom għall-kura.

It-turiżmu huwa qasam ieħor li minnu ż-żewġ pajjiżi qed jibbenefikaw. Dan għaliex kemm il-Maltin kif ukoll l-Ingliżi jfittxu lir-Renju Unit u lil Malta rispettivament għall-ġiti tagħhom.

Il-President Coleiro Preca fakkret li din is-sena, b’mod partikolari, Malta u r-Renju Unit se jkunu qed iħossuhom aktar viċin ta’ xulxin hekk kif Malta tiċċelebra l-ħamsin anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow