Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, INIEDI L-INIZJATTIVA ‘BREAK TIME’ - WAQFIEN MIT-TWAQQIEGĦ U ESKAVAZZJONI F’ZONI TURISTIĊI FL-ISTAĠUN TAS-SAJF

pr141351
Date Icon 13/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon illum ħabbar illi mill-15 ta’ Gunju 2014 se jingħata bidu għall-inizzjattiva ‘Break Time’.  Din l-inizjattiva ssir kull sena, u se tikkonsisti f’waqfien mix-xogħol ta’ twaqqiegħ jew eskavazzjoni f’diversi zoni f’Malta, li huma kklasifikati bħala zoni turistiċi.

L-Avukat Michael Falzon qal illi l-għan ta’ din l-inizjattiva huwa sabiex jitnnaqqas l-impatt negattiv li joħolqu s-siti tal-kostruzzjoni, kemm fuq l-industrija tat-turiżmu, kif ukoll għal dawk il-ħafna Maltin u Għawdxin li waqt ix-xhur tas-Sajf imorru l-post tal-villeġġjatura tagħhom biex igawdu l-vakanzi.  Huwa kompla billi qal li l-industrija tat-turiżmu hija waħda mill-pilastri tal-ekonomija Maltija, u x-xhur tas-Sajf jaraw żieda drastika fl-ammont ta’ turisti li jaslu f’pajjiżna għal btala.  Il-prodott li noffru lit-turist meta jżur pajjiżna jrid ikun pakkett sħiħ, marbut mhux biss mal-lukanda fejn qiegħed joqgħod, jew is-servizz offrut fir-ristoranti, iżda wkoll irid jinkludi fih esperjenza sħiħa pożittiva li t-turist għandu jgħaddi minnha tul iż-żjara kollha.

Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi qal, li waqt li napprezzaw li l-industrija tal-kostruzzjoni għandha rwol importanti fl-ekonomija ta’ pajjiżna, nifhmu wkoll li s-siti fejn tkun qiegħda ssir il-kostruzzjoni, min-natura taghħom, joħloqu numru ta’ inkonvenjenzi fuq ir-residenti, stabbilimenti u nies oħrajn li jiffrekwentaw dawn iz-zoni turistiċi.  L-impatt ta’ numru minn dawn l-inkonvenjenzi, jista’ jitnaqqas konsiderevolment permezz ta’ miżuri mmaniġġjati tajjeb, b’hekk ikun jista’ jinħoloq bilanċ aħjar. 

Huwa għal dan il-għan illi, għal darba oħra, qed titnieda din l-inizjattiva.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow