IL-GVERN HUWA KOMMESS LI JKOMPLI JSAĦĦAĦ ’IL-KUNSILL GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR – MINISTRU HELENA DALLI
Rwol importanti tal-Kunsill li jaġixxi bħala forum bejn l-Awtoritajiet governattivi biex titkattar il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijjiet tagħhom
Meta kienet qed tindirizza seminar organizzat mill-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar il-kultura tal-customer care fi ħdan l-Awtoritajiet pubbli ċi, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fissret l-importanza li entità pubblika tassigura li d-dipartiment tal-customer care jkun wieħed effettiv, b’servizz tajjeb u effiċjenti.
Semmiet kif meta l-konsumatur iħossu sodisfatt bis-servizz li jkun irċieva, jirreċiproka b’rakomandazzjonijiet pożittivi li minnhom infushom ikabbru l-profil tal-entità. “Dan huwa konformi mal-impenn ta’ dan il-Gvern li jsaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur” qalet il-Ministru Dalli.
F’dan ir-rigward Dr Dalli tkellmet fuq l-irwol importanti li għandu l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li jaġixxi bħala forum bejn l-Awtoritajiet governattivi biex titkattar il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Dan jassigura li l-interessi tal-konsumatur jiġu mħarsa.
Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ lil dan il-Kunsill, fl-istess ħin li ħabbret kif bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ re-branding biex il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur jingħata identità korporattiva ġdida.
Dr Dalli tenniet li l-Kunsill huwa impenjat li jkun aktar aċċessibli għall-awtoritajiet u għall-pubbliku inġenerali filwaqt li jibqa’ kommess li jkattar id-djalogu soċjali permezz ta’ aktar diskussjoni fost l-awtoritajiet anke b’parteċipazzjoni fuq livell Ewropew.
“Dan kollu għandu jwassal għal kuxjenza akbar fost il-pubbliku dwar id-drittiiet tagħna bħala konsumaturi” temmet tgħid il-Ministru Helena Dalli.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041