Left arrow Go Back

L-ENERĠIJA MILL-ISKART: HTIEĠA TA' KEJL SERJU EKONOMIKU U AMBJENTALI QABEL JITTIEĦED KULL PASS – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr141344
Date Icon 13/06/2014

Meta dalgħodu kien qed jiftaħ Roundtable Conference dwar l-Enerġija mill-Iskart, li ġiet organizzata fl-Exchange Buildings il-Belt Valletta, mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija b'kollaborazzjoni mal-Ambaxxata Ġermaniża f'Malta, l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li l-Gvern jemmen li għandu jkun hemm kejl serju ekonomiku u ambjentali meta l-Gvern ifassal it-triq li għandu jieħu dwar l-enerġija mill-iskart għall-ġejjieni.

Dan għandu jkun ibbażat fuq studji verament indipendenti min-nies li ma jistgħax ikollhom l-aġenda tagħhom jew interessi kummerċjali fin-nofs.

Huwa qal li kien f'dan il-kuntest li l-Gvern ser juża fondi tal-Unjoni Ewropea biex isiru studji fil-fond wara li għal dawn l-aħħar snin ma jidhirx li kien hemm ebda studji simili minkejja l-impenn iddikjarat pubblikament li mmorru għall-inċinerazzjoni.

Il-Ministru Brincat tenna li fl-istess nifs il-Gvern qed jistudja wkoll  l-vijabbilita' li l-iskart ta' pajjiżna jiġi esportat lejn pajjiżi terzi, billi huwa magħruf li ħafna pajjiżi Ewropej bħalissa għandhom inċineraturi li qegħdin saħansitra jbaxxu r-rati kummerċjali tagħhom, tant li jinsabu neqsin minn biżżejjed skart x'jaħarqu biex iżommu l-inċineraturi tagħhom għaddejjin b'mod vijabbli ekonomikament.

Il-Ministru Brincat semma bħala eżempju kif pajjiżi bħal l-Ingilterra qegħdin jesportaw dejjem aktar minn qatt qabel l-RDF - Refuse Derived Fuel lill-Ewropa, filwaqt li pajjiżi bħal Ġermanja, l-Olanda, Franza u għadd ta' pajjiżi Nordiċi qegħdin jimpurtaw l-iskart minn għadd ta' pajjiżi oħra, fosthom min-Nofs in-Nhar tal-Ewropa.

Il-Ministru Brincat żvela li ħafna mill-RDF ta’ pajjiżna huwa kontaminat b'ħafna impuritajiet, xi ħaġa li twassal għal theddida akbar għas-saħħa ambjentali anki li kieku kellu jiġi inċinerat f'pajjiżna.

Il-Ministru Brincat saħaq li jkun żball li napplikaw mudelli ta’ pajjiżi oħrajn fil-għama mingħajr ma nqisu sew il-passi li nkunu sejrin nagħmlu fi Gżiritna.

Huwa żvela li l-biċċa l-kbira tal-interess muri mill-barranin fil-qasam tal-iskart f'pajjiżna kien propju fis-settur tal-enerġija mill-iskart, iżda mhux kull min resaq il-quddiem għadda 'due diligence'tests preliminari, speċjalment f'każi fejn flok avviċinaw lill-pajjiżna ditti stabbiliti biss, kien hemm ditti anqas magħrufa li ppruvaw jinqdew b'intermedjarji bi ftit li xejn esperjenza fil-qasam tal-iskart.

Il-Ministru Brincat faħħar lill-Kamra tal-Kummerċ li kienet fost l-aktar korpi kostitwiti li għamlet suġġerimenti prattiċi u konkreti lill-Gvern dwar il-Pjan tal-Immaniġġjar tal-Iskart u anki talli uriet l-apprezzament tagħha li ħafna mis-suġġerimenti tagħha kienu ġew saħansitra addottati mill-Gvern Malti fl-istrateġija finali.

Il-Ministru Brincat tenna li kienet idea tagħhom ukoll li jkun hemm Stakeholders’ Group li qed jiltaqa regolarment u jagħti l-frott mixtieq fuq livell konsultattiv fl-implimentazzjoni tal-Pjan. 

Il-Ministru qal li jekk u meta l-Gvern jiddeċiedi t-triq għal ġejjieni fl-użu tal-enerġija tal-iskart, la jitlestew l-istudji meħtieġa sas-sena d-dieħla, ser ikun qed jiżgura li mhux biss ikun hemm trasparenza sħiħa fil-proċess tal-għażla iżda ser ikun qed jinsisti li jersqu l-quddiem dawk li jkunu verament lesti jieħdu r-riskji billi jinvestu flushom direttament flok jinqdew biss b'intermedjarji u 'middle men'  li jistgħu jkunu interessati biss fil- 'commissions'. It-track record tal-kumpaniji involuti ser ikun fattur detterminanti wkoll f'kull għażla li tista' ssir.

Il-Ministru Brincat tenna li filwaqt li pajjiżna jagħmel żball jekk jagħlaq għajnejh għat-teknoloġiji l-ġodda li hawn fis-suq, fl-istess waqt huwa fid-dmir li jara li pajjiżna ma jintużax bħala 'guinea pig' għal xi esperimenti li jistgħu jitfgħu lura kemm is-saħħa ambjentali tagħna u l-flus f'butna bħala tax-payer. 

Il-Ministru saħaq li l-Gvern jibqa’ kommess li fejn huwa possibbli ser jara li l-WasteServ tnaqqas mill-attivitajiet li mhumiex fil-qalba tal-operat tagħha filwaqt li ser iżomm għajnejh miftuħa għal kull opportunitajiet serji li jistgħu jinqalaw ta' investiment kemm lokali u anki barrani. 

pr141344a.pdfpr141344a.pdf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow