Left arrow Mur Lura

L-ISKOLA MARIAM AL BATOOL HIJA MUDELL PRATTIKU TA’ SOĊJETÀ INTER-RELIĠJUŻA

pr141342
Date Icon 13/06/2014

Waqt ‘Jum il-Premjazzjoni’ tal-iskola Mariam Al Batool, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li din l-iskola hija mudell prattiku ta’ kif għandha tkun soċjetà inter-reliġjuża, dan għaliex f’din l-iskola persuni b’reliġjonijiet differenti kuljum jaħdmu flimkien favur l-iżvilupp edukattiv tal-istudenti.

Il-President Coleiro Preca spjegat kif din l-iskola għamlet pass storiku f’Malta għaliex kienet l-ewwel waħda fid-dinja li żviluppat il-kunċett inter-reliġjuż fis-sistema edukattiva.

Hija aċċennat fuq il-bżonn lis-soċjetà tkun anki inter-kulturali biex kull ċittadin jingħata l-ispazju ħalli jintegra fis-soċjetà u b’hekk tisaħħaħ id-demokrazija.

Il-President Coleiro Preca sostniet li l-istudenti Musulmani li jattendu din l-iskola huma Maltin u jixirqilhom l-aħjar bħal kwalunkwe studenti oħra biex ikunu ċittadini denji ta’ pajjiżna.

Il-President temmet tfaħħar ix-xogħol f’din l-iskola fejn qed jiġi assigurat li tingħata l-aqwa edukazzjoni bil-għan li l-istudenti jikbru u jemmnu fit-tisħiħ tar-rispett u t-tolleranza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow