Left arrow Go Back

3.9 MILJUN ĊITTADIN EWROPEW MISTENNI JIBBENIFIKA MILL-PROGRAMM TA’ SAĦĦA AĦJAR U ĦAJJA AKTAR ATTIVA SAL-2016

pr141338mt
Date Icon 12/06/2014

L-EPODE International Network, l-akbar kumpanija ta’ network għall-prevenzjoni tal-obeżità fid-dinja, ħabbret li se tniedi progett innovattiv biex jiżdied aktar it-tagħrif fuq l-obeżità fit-tfulija fl-Ewropa

Il-proġett OPEN se jkun qed ħidma ta’ ħdax-il inizjattiva fuq bażi komunitarja li se jibbenefikaw minn appoġġ addattat biex jestendu x-xogħol tagħhom biex titnaqqas l-obeżità fit-tfulija sal-2016.  Din qed taspira li tilħaq kważi erba’ miljun ruħ madwar l-Ewropa, li tinkludi 975,000 bejn tfal u adoloxxenti, b’għajnuna individwali u komunitarja, biex dawn jħaddnu ħajja aktar attiva u b’hekk aktar b’saħħitha.  Bħalissa fl-Ewropa nsibu li wieħed minn kull tifel/tifla tal-età ta’ 11-il sena jbati minn piż żejjed jew obeżità.

Matul it-tlett snin li ġejjin, il-proġett OPEN se jkun qed jaħdem diversi programmi u inizjattivi bbażati fil-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Iżvezja, Franza, il-Greċja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja.

Ħafna minn dawn il-programmi se jkunu qed jimxu fuq il-mudell tal-EPODE li din hija immirata biex tevita l-obeżità fit-tfulija, billi twassal programmi fuq bażi lokali li joħolqu aktar kuxjenza għal stil ta’ ħajja aħjar għat-tfal, fuq bażi ta’ dieta tajba, attività fiżika u rikreazzjoni.

Jean-Michel Borys li huwa id-Direttur u s-Segretarju Ġenerali tal-EPODE International Network (ENI) qal : “Aħna tal-ENI nemmnu li l-aqwa mod biex tiġi trattata l-obeżità fit-tfal hija permezz tal-approċċ komunitarju, jitlaqqgħu l-partijiet kollha interessati, is-settur privat, rappreżentati politiċi u kif ukoll entitajiet oħra.  Dan juri li għal dawn l-aħħar 20 sena aħna ħdimna bl-isforzi kollha tagħna biex nġibu dawn is-setturi kollha flimkien biex jintlaħaq l-għan ta’ dan il-programm, li se jagħmel id-differenza fil-familji kollha li se jieħdu sehem.  Aħna ninsabu kuntenti li se nkunu qed nagħtu s-sapport tagħna lill-proġett OPEN, li se jkun qed jgħin mijiet ta’ eluf ta’ tfal biex jgħixu ħajja aktar b’saħħitha u attiva sal-2016.”

L-EPODE InternationalNetwork tippromwovi u timplementa l-mudell EPODE li ġie mniedi fl-2004.  Dan il-mudell jitratta l-kawżi tal-obeżità f’erba’ modi: sħubija bejn is-setturi pubbliċi u privati, impenn u appoġġ politiku, social marketing techniques u evalwazzjonijiet.  L-għan tal-mudell EPODE huwa li tipprevjeni l-obeżità fit-tfulija billi jitwasslu programmi ta’ livell lokali biex jinħolqu n-normi tal-kuljum biex it-tfal igawdu stil ta’ ħajja aħjar.  Filwaqt li jkunu qed jintużaw l-prinċipji fundamentali tal-EPODE, kull programm jimxi fuq il-ħtiġijiet ta’ kull komunità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow