TNEDIJA TA’ IKIDS COURSE B’XEJN BL-GĦAJNUNA TAL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX
pr141334
11/06/2014
Il-Ministeru għal Għawdex nieda l-kors ta’ IKIDS li ser jiġi offrut b’xejn lill-istudenti ta’ bejn il-5 u l-10 snin. Dawn il-courses huma relevanti għas-suq tal-edukazzjoni u tax-xogħol għaliex jgħinu lill-istudenti tagħna jirċievu kapaċitajiet importanti. S’issa diġà applikaw ’il fuq minn 75 applikant.
F’isem il-Ministeru għal Għawdex, Dr Grazio Mercieca irringrazzja lil TCTC ta’ dan l-investiment fl-istudenti Għawdxin.
Din il-preżentazzjoni saret fl-iskola primarja tar-Rabat. Preżenti kien hemm il-kap tal-Kulleġġ t’Għawdex, il-kap tal-iskola, l-assistenti kapijiet, Ray Abela, d-direttur tat-TCTC u l-għalliema flimkien mal-istudenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041