Left arrow Mur Lura

UŻU AĦJAR TA’ NIES B’ĦILA LI BĦALISSA MHUMIEX FIL-QASAM TAX-XOGĦOL

pr141332
Date Icon 11/06/2014

“Iridu nattiraw lura lejn l-impjieg in-nies li għandhom il-ħiliet meħtieġa pero’ għal xi raġuni jew oħra m’humiex attivi fis-settur tax-xogħol. Għalhekk fil-jiem li għaddew tajt direzzjoni lill-entitajiet li jaqgħu taħti ħalli naraw kif nistgħu nisfruttaw il-potenzjal ta’ nies bħall-anzjani li mhumiex fid-dinja tax-xogħol imma għandhom ħafna ħiliet x’joffru b’mod partikolari fil-qasam tat-teknologija. L-għan ta’ dan il-proċess huwa li naslu fi stadju fejn pajjiżna jibda juża l-esperjenza u l-ħiliet ta’ dawn in-nies biex inkabbru r-riżorsa tagħna. B’hekk ukoll naslu fi stadju fejn nies li baqgħalhom ħafna x’joffru lis-soċjetà taghna jħossuhom integrati.” 

Sostna dan is- Segretarju Parlamentari responsabbli mit-tkabbir ekonomiku u kompettività José Herrera meta kien qed jindirizza laqgħa ta’ informazzjoni u konsultazzjoni organizzata mill-eSkills Malta Foundation u l-MEUSAC.  L-eSkills Malta Foundation hija koalizzjoni ta’ diversi raprezentanti li ġejjin mill-Gvern, l-Industrija u l-Edukazzjoni. L-għan ta’ din il-koalizzajoni huwa li tagħti pariri lill-Gvern u lill-istake holders fuq politika dwar l-eSkills.

Is-Segretarju Parlamentari Jos  Herrera għamel referenza għad-Digital Scoreboard ppublikat mill-Unjoni Ewropea dwar id-Digital Agenda. Is-Segretarju Parlamentari qal li “filwaqt li Malta qed tmur tajjeb f’ċertu aspetti bħall-aċċess għat-teknologija tal-ġenerazzjoni li jmiss, fil-ħiliet bażiċi Malta tinsab ferm taħt il-medja tal-pajjiżi fl-Ewropa. Dan huwa partikolarlament inkwetanti meta sal-2020 huwa stmat li 90% tal-impjiegi ġodda ser ikunu qed jirrikjedu ħiliet digitali”, qal is-Segretarju Parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li l-impjiegi fis-settur tal-ICT qed jiżdiedu madanakollu minħabba n-nuqqas ta’ rizorsi li jeżistu għadd ta’ intrapriżi qed ikollhom jillimitaw l-investiment u t-tkabbir tagħhom. Fl-istess waqt din ir-realtà qed tfisser aktar spejjeż għal kumpanija f’pajjiżna li trid iżomm il-pass tagħha ma’ kumpaniji oħra f’pajjiżi oħra kompetituri tagħna.

Għalhekk biex nindirizzaw dan in-nuqqas is-Segretarju Parlamentari qal li hemm bżonn inżidu ir-riżorsa ta’ nies imħarrga, nattiraw lura lejn l-impjieg nies b’ħila u li bħalissa mhumiex attivi fis-settur tax-xogħol kif ukoll nippromovu l-aħjar użu tar-riżorsi umani.

Inizjattivi bħal tal-iStudenti Placement Programme tal-MITA l-inizjattiva tal-MCA dwar il-proġett Enter huma biss żewg eżempji ta’ kif il-Gvern qed jindirizza l-problema minn kull att, tenna s-Segretarju Parlamentari.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow