ESTENZJONI TAL-ĦINIJIET TAL-FTUĦ GĦAR-RISTORANTI U L-BARS WAQT IL-PARTITI TAT-TAZZA TAD-DINJA LI JSIRU F’ĦINIJIET TARD
Il-Gvern permezz ta’ avviż li se jippublika fil-gazzetta tal-Gvern fil-jiem li ġejjin, wara konsultazzjoni li saret bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, id-dipartiment tal-kummerċ u l-korp tal-Pulizija, se jgħati l-opportunita’ lir-restoranti u l-bars biex f’ċertu ġranet li fihom se jintlagħbu partiti tat-Tazza tad-dinja f’ħinijiet tard bil-lejl jew kmieni filgħodu, jingħataw estenzjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ, hekk kif indikati f’din it-tabella;
Data: | Ħin tal-bidu Partita | Ħin ta’ tmiem il-Partita | Ħin sa x’ħin qed tkun permessa l-estenzjoni |
Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju | 03.00 | 05.00 | 05.30 |
Is-Sibt 14 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
It-Tnejn 16 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
It-Tlieta 17 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
Is-Sibt 21 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
Il-Ħadd 22 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
It-Tnejn 23 ta’ Ġunju | 00.00 | 02.00 | 02.30 |
It-Tlieta 24 ta’ Ġunju | 22.00 | 00.00 | 00.30 |
L-Erbgħa 25 ta’ Ġunju | 22.00 | 00.00 | 00.30 |
Il-Ħamis 26 ta’ Ġunju | 22.00 | 00.00 | 00.30 |
Is-Sibt 28 ta’ Ġunju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
Il-Ħadd 29 ta’ Ġunju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
It-Tnejn 30 ta’ Ġunju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
It-Tlieta 1 ta’ Lulju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
Il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
Is-Sibt 5 ta’ Lulju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
It-Tlieta 8 ta’ Lulju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
L-Erbgħa 9 ta’ Lulju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
Is-Sibt 12 ta’ Lulju* | 22.00 | 00.00 | 01.30 |
*Mit-28 ta’ Ġunju il-partiti jafu jdumu aktar minħabba li f’każ ta’ parita’ jkun hemm il-ħin miżjud u possibilment anke l-għoti tal-penalties | |||
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar, Dr. Chris Cardona qal li din id-deċizjoni ttieħdet fl-interess tas-sidien tar-restoranti u bars kif ukolltal-klijenti tagħhom, partikolarment dawk dilettanti tal-futbol.
Il-Ministru Cardona sostna li “Din id-deċizjoni tirrifletti wkoll il-ħsieb tal-Gvern li b’kosultazzjoni sħiħa mal-istakeholders prinċipali fi żmien li ġej jirrevedi l-liġijiet li jirregolaw il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet fl-interess tal-eziġenzi tal-konsumatur waqt li jagħti l-possibilita’ lis-sidien jimmassimizzaw l-potenzjal tal-attivita’ kummerċjali tagħhom”. Dan filwaqt li fakkar fl-aħħar sena, il-Ministeru diġa ħa deċizjonijiet simili dwar il-ftuħ tal-ħwienet, fejn matul din is-sena ngħataw l-opportunita jiftħu fil-jiem ta’ festi pubbliċi.
Il-Ministru għat-Turizmu Edward Zammit Lewis qal li l-Gvern huwa konxju mill-entużjazmu li jġibu magħhom avvenimenti bħal-logħob tal-finali tat-tazza tad-dinja. Ħafna huma dawk li jippreferu jsegwu l-logħob f’ristoranti u stabbilimenti oħra tad-divertiment għall-esperjenza u għall-atmosfera li jinħolqu f’dawn l-okkazjonijiet. Ċertament din hija okkazjoni oħra fejn jiġi kkrejat kummerċ għal dawn l-istabbilimenti, anki għat-turisti li jkunu għall-btala tagħhom f’pajjiżna f’dan iz-zmien.
Il-Ministru Zammit Lewis spjega kif din l-inizzjattiva kienet b’konsultazzjoni mal-MHRA fejn sar qbil biex titwettaq.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr. Manuel Mallia rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija tal-ħidma intensiva li wettaq biex filwaqt li jkunu prattiċi biex il-kummerċ f’dawn iż-żminijiet ikollu l-kundizzjonijiet kollha sabiex jitkattar, mill-banda l-oħra tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ kulħadd, kemm ta’ dawk li jkunu qed jaraw il-logħob , kif ukoll ta’ dawk li jkunu qed jaħdmu fl-istabbilimenti. Apparti minn hekk ser jiġi żgurat li d-drittijiet tar-residenti ukoll ser ikunu mħarsa.
Għal dan il-għan tul dawn l-aħħar jiem saru laqgħat bejn il-pulizija u organizzaturi ta’ World Cup Villages f’pajjiżna fejn mistennija jkun hemm attivitajiet tal-massa. Dan bl-għan li jkun hemm koordinazzjoni sħiħa bejn il-Pulizija u dawn l-organizzaturi. Il-Ministru Mallia ħabbar ukoll li r-rondi tar-Rapid Intervention Unit ser jiżdiedu fejn ikun hemm attivitajiet tal-massa relatati mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041