Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja
pr141327mt
11/06/2014
Tħabbir tar-Rata ta’ Mgħax tal-Bidu
It-Teżor iħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-bidu tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn it- 12 ta’ Ġunju, 2014 u l-11 ta’ Diċembru, 2014 (iż-żewġ dati nklużi) hi ta’ 1.253% pa. Ir-rata ta’ mgħax tal-bidu hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata t-Tlieta, 10 ta’ Ġunju, 2014 bi 0.353%, flimkien ma’ spread ta’ 90 basis points.
Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(a) tal-Prospett li ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta’ Mejju, 2014 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 486.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041