IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TINDIRIZZA IS-SEBA’ KONFERENZA TAL-UNCRPD F’NEW YORK
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum indirizzat is-seba’ konferenza tal-UNCRPD. Is-Segretarju Parlamentari qalet li jekk l-istati membri ma joqgħodux attenti, il-kelma inlużjoni tiġi biss kelma sabiħa użata mil-politikanti. Sostniet li biex l-istati jevitaw milli din tiġri, l-istati għandhom jevalwaw b’liema mod l-esperjenzi ta’ Persuna il-Diżabilità jistgħu jesponu il-kwistjonijiet u is-sitwazzjonijiet tal-inklużjoni.
Justyne Caruana qalet li il-Gvern ta’ Malta, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qiegħed mingħajr telf ta’ żmien stabilixxa li is-Settur tad-Diżabilità għandhu jitlaqqà permezz ta’ djalogu soċjali kull enerġija tal-istakeholders rispettivi. Hija qalet li dan huwa f’konfromità ma mal-Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Membri stati tal-UE, li jikkomplimenta il-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.
“Il-Kunċett tal-Opportunitajiet indaqs, inklużjoni, l-iżvilupp tal-komunità u koeżjoni jibqgħu iċ-ċentru tal-Istrateġija tal-Gvern, li hi kommessa għal soċjeta mhux preġudikata, ibbażata fuq l-ekwivalenza li għandha twassal għal-qabża fil-kwalità fil-livell t’għixien għall-persuni b’ Diżabilità.” Sostniet is-Segretarju Parlamentari.
Hi qalet li l-Aġenda tal-Gvern hija interminabbli; it-twaqqif tat-Trusts, l-Implimentazzjoni tal-Guardianship Act, il-Preżentazzjoni tal-ewwel Politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, it-twaqqif ta’ Focal Point Nazzjonali, it-titjib tat-Trasport Pubbliku, niżguraw li tejjibna ir-rappreżentazzjoni u ix-xbihat għas-settur tad-Diżabilita, l-ispinta tal-Equal Opportunities Act, l-avvanzament tal għażla għal-għajxien indipendenti, ir-reinforzament tal-Pagamenti Diretti, l-estenzjoni tas-Sheltered Employment u Open Employment, is-sosteniment biex niżguraw l-aċċess fiżiku fl-irħula u fil-villaġġi, l-awmentazzjoni u il-parteċipazzjoni tal-NGOs fit-teħid tad-deċiżjonijiet, it-tisħieħ tal-benefiċċji tal-Welfare, l-implimentazzjoni tad-Database Nazzjonali, l-istipulazzjoni tal-Protezzjoni tal-Adulti, l-iskedar tal-istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, it-tisħieħ tal-kummisjoni għal-Persuni b’Diżabilità, il-konsolidazzjoni tal-Forum Nazzjonali li jenkapsula akkademiċi, attivisti u ġenituri tal-persuni b’Diżabilità, is-Service Providers, policy makers u NGOs, Ċentri ta’ Matul il-Jum Ġodda, l-estabixximent tal-lingwa tas-sinjali bħala lingwa nazzjonali, huma fost il-lista twila ta’ azzjonijiet meħuda.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li il-Gvern ta’ Malta beħsiebu jiggarantixxi li ir-regulazzjonijiet neċessarji u is-sistemi ta’ inforzament għall-protezzjoni ta’ persuni b’diżabilità li jirċievu ikunu implimentati u effettivi. Il-Gvern qiegħed ukoll jassigura li l-iżvilupp ikun wieħed sostenibli u jippromovi finanzjament etiku lill-NGOs. Apparti minn hekk ser ikun qiegħed jassigura ekonomija ibbażata fuq is-solidarjetà, soċjetà ko-operattiva, u intapriżi soċjali. Għalqet billi qalet li is-settur tad-Diżabilità mhux wieħed omoġeniku, u ma jistax ikun hemm One Size Fits All.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041