IL-MINISTRU GEORGE VELLA JILTAQA’ MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-PALESTINA
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Palestina Dr.Riad Maliki, liema laqgħa saret f’Ateni hekk kif għaddejja laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija. Waqt il-laqgħa Dr Maliki informa lill-Ministru Vella dwar in-negozjati li għaddejjin bejn il-Palestina u l-Iżrael u anki ta rendikont tas-sitwazzjoni fl-Ilvant Nofsani.
Iż-żewg Ministri ddiskutew possibilitajiet ta’ kif tista’ tinstab it-triq ‘il quddiem fl-Ilvant Nofsani, l-iktar wara ir-rikonċiljazzjoni bejn il-Fatah u l-Hamas. Iż-żewġ Ministri qablu li l-Unjoni Ewropea tista’ u għandha tkun strumentali għall-proċess ta’ paċi fil-Ilvant Nofsani. Il-Ministru Vella esprima r-rieda li bl-għajnuna ta’ oħrajn jippromwovi dan il-proċess ta’ paċi fil-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ naħat qablu li l-Ministru Vella għandu jżur il-Palestina iktar tard din is-sena.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041