TGĦADDI L-LIĠI DWAR IL-PROFESSJONI TAX-XOGĦOL MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Ilbieraħ fil-Parlament għaddiet il-liġi dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ wara snin ta’ stennija minn bosta speċjalment minn dawk li ilhom snin jaħdmu fil-qasam taż-Żgħażagħ. Għalkemm l-Università ta’ Malta kienet ħolqot l-Istitut tal-Istudji taż-Żgħażagħ fl-1993 kien biss wara kważi għoxrin sena li l-amministrazzjoni preċedenti ressqet abbozz quddiem il-Parlament.
L-Amministrazzjoni Laburista sa mill-bidu ta’ din il-leġislatura fehmet l-importanza li jkun hawn liġi li tkopri l-professjoni tal-Xogħol maż-Żgħażagħ, bdiet taħdem mill-ewwel fuq abbozz li issa sar liġi. B’din il-liġi, fost l-oħrajn, se jidħlu ċerti livelli, regolamentazzjoni u etika f’din il-professjoni. Minbarra hekk dawn il-ħaddiema issa jibdew jiġu rikonoxxuti mill-pubbliku bħala persuni professjonisti li għandhom ħiliet u għerf miksub minn riċerka, edukazzjoni u taħriġ minn istituzzjonijiet edukattivi. Fost kollox dan ifisser li huma jkunu preparati biex jeżerċitaw dawn il-ħiliet biex jgħinu fl-iżvilupp ħolistiku ta’ dawn iż-żgħażagħ fis-soċjetà.
Din hija t-twettiq ta’ wegħda oħra tal-Manifest Elettorali. Il-Gvern wiegħed li jissaħħu l-professjonijiet relattivament ġodda bħax-xogħol maż-Żgħażagħ, li jservu ta’ pont bejn l-għajnuna li jagħti l-Istat u l-komunità.
Il-liġi ser tkun qed tipprovdi regolamentazzjoni tal-professjoni tax-xogħol maż-Żgħażagħ u ħwejjeġ konnessi magħha jew li huma anċillari għaliha. Il-liġi ser tkopri fost l-oħrajn:
Min hu eliġibbli li jkollu warrant biex ikun jista’ jeżerċita l-professjoni; kif jingħata u kif jintilef
It-twaqqif ta’ Bord dwar il-professjoni tax-xogħol maż-Żgħażagħ u u l-irwol tal-imsemmi bord.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041