Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W. VELLA JILTAQA’ MAS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-LEGA GĦARBIJA

pr141315
Date Icon 10/06/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George Vella dalgħodu kellu laqgħa kordjali ħafna mas-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija Nabil El Arabi f'Ateni, fejn bħalissa qed issir  laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea u dawk tal-pajjiżi tal-Lega Għarbija.

Matul il-laqgħa il-Ministru Vella u El Arabi ddiskutew is-sitwazzjoni fil-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq b'mod partikolari dik fil-Libja, u x-xenarji differenti li jistgħu jiżviluppaw fid-dawl  ta' dak  li qiegħed jiġri bħalissa f'dan il-pajjiż, u l-effetti li dawn jistgħu jkollhom kemm fuq il-pajjiżi ġirien, kif ukoll fuq l-istabbilità u s-sigurtà fil-Mediterran.

Waqt il-laqgħa ġiet diskussa l-problema tal-immigrazjoni  rregolari, u x-xewqa li tiġi stabilizzata t-tmexxija politika f'dan il-pajjiż.

Il-Ministru Vella u El Arabi ddiskutew il-problemi li jeżistu f'pajjiżi bħas-Somalia, l-Etjopja u l-Eritrea, kif ukoll l-aħħar żviluppi fl-Eġittu.

Is-Segretarju Ġenerali tenna l-impenn tal-Lega Għarbija li tkompli ssaħħaħ l-uffiċċju li għandhom ġewwa Malta li jaħdem flimkien mal-Unjoni Ewropea, u stqarr li jixtieq jarah aktar attiv u jieħu inizjattivi ġodda.

Il-Ministru Vella informa lil El Arabi, bil-laqgħat li kellu riċentement fil-pajjiżi tal-Golf Għarbi, u stiednu biex iżur pajjiżna ħalli jitkompla d-djalogu bejn Malta u l-Lega Għarbija.

Is-Segretarju Ġenerali El Arabi, tenna li jixtieq jara r-relazzjonijiet bejnietna jitjiebu għaliex fi kliemu Malta hija wieħed mill-ftit postijiet fil-Mediterran, li minkejja ċ-ċirkostanzi madwaru xejn pożittivi, joffri stabilita’ politika u ekonomika.  Huwa wiegħed li se jżur pajjiżna fil-futur qrib.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow