INKOMPLU NSAĦĦU S-SOLIDARJETÀ INTERĠENERAZZJONALI FIL-LOKALITAJIET TAGĦNA
Il-Kunsilli Lokali tagħna għandhom ikomplu jservu bħala benniena soċjali għall-lokalitajiet tagħna. Qal dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-gvern lokali Dr. Stefan Buontempo waqt żjara li għamel fil-Kunsill Lokali taż-Żejtun għall-inizjattiva “It-tfal jadottaw Anzjan”.
Fiż-Żejtun skont l-aħħar ċensiment maħrug mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jgħixu 1320 raġel u 1649 mara li għandhom ‘l fuq minn sittin sena. Stefan Buontempo saħaq li dan ikompli jitfa’ responsabilità akbar fuqna sabiex inkomplu nindirizzaw il-ħtigijiet tar-residenti tagħna.
“Għandna nagħtu ċ-ċans u l-ispazju lill-anzjani u t-tfal tagħna sabiex jisimgħu lil xulxin permezz ta’ inizjattivi bħal din li nieda l-Kunsill Lokali taż-Żejtun fejn it-tfal ser ikunu qed jadottaw anzjan jew anzjana” sostna s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-gvern lokali.
Huwa għalaq billi nkoraġixxa aktar kunsilli lokali sabiex jieħdu l-eżempju tal-kunsill lokali taż-Żejtun filwaqt li irriafferma l-impenn ta’ dan il-gvern fil-ħidma tiegħu fil-qasam tal-ugwaljanza fuq bażi tal-età.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041