Left arrow Go Back

INKOMPLU NSAĦĦU S-SOLIDARJETÀ INTERĠENERAZZJONALI FIL-LOKALITAJIET TAGĦNA

pr141314
Date Icon 10/06/2014

Il-Kunsilli Lokali tagħna għandhom ikomplu jservu bħala  benniena soċjali għall-lokalitajiet tagħna. Qal dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-gvern lokali Dr. Stefan Buontempo waqt żjara li għamel fil-Kunsill Lokali taż-Żejtun għall-inizjattiva “It-tfal jadottaw Anzjan”.

Fiż-Żejtun skont l-aħħar ċensiment maħrug mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jgħixu 1320 raġel u 1649 mara li għandhom ‘l fuq minn sittin sena. Stefan Buontempo saħaq li dan ikompli  jitfa’ responsabilità akbar fuqna sabiex inkomplu nindirizzaw il-ħtigijiet tar-residenti tagħna.

“Għandna nagħtu ċ-ċans u l-ispazju lill-anzjani u t-tfal tagħna sabiex jisimgħu lil xulxin permezz ta’ inizjattivi bħal din li nieda l-Kunsill Lokali taż-Żejtun fejn it-tfal ser ikunu qed jadottaw anzjan jew anzjana” sostna s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-gvern lokali.

Huwa għalaq billi nkoraġixxa aktar kunsilli lokali sabiex jieħdu l-eżempju tal-kunsill lokali taż-Żejtun filwaqt li irriafferma l-impenn ta’ dan il-gvern fil-ħidma tiegħu fil-qasam tal-ugwaljanza fuq bażi tal-età.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow