STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI RESPONSABLI MIT-TKABBIR EKONOMIKU U KOMPETTIVITÀ DR. JOSÉ HERRERA
L-istqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma dak li qal il-Gvern, jiġifieri li l-ħidma permezz ta’ diversi miżuri li ttieħdu fil-budget li għadda issa bdew iħallu l-frott.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed jikkonferma li l-miżuri imħabbra fl-aħħar budget bdew iżidu l-fiduċja fl-ekonomija tant li l-konsum lokali żdied kif ukoll qed jirnexxielna nattiraw lejn pajjiżna aktar investiment.
Jekk tqabbel l-ewwel kwart ta’ din is-sena mal-ewwel kwart tas-sena li għaddiet l-investiment f’pajjiżna żdied b’aktar minn 19%.
Fl-istess perjodu l-Prodott Domestiku Gross (PDG) żdied b’5%, li f'termini reali, l-PDG tela b'3.5%.
Dawn ir-riżultati jkomplu jikkonfermaw l-għaqal tal-politika ekonomika tal-gvern fejn iċ-ċertezza u s-serħan il-moħħ f’dan il-pajjiż qed jitkattru permezz ta’ miżuri short term u oħrajn long term.
Din l-istatistika tikompli tikkonferma li fil-pajjiż naqset l-incertezza u l-familji mhux qed jibżgħu jonfqu.
L-inċertezza politika u ekonomika li waslet għal bidla fil-Gvern, f’Marzu li għadda, issa qed tissarraf f’aktar investiment għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041