Left arrow Mur Lura

BOWLING B’XEJN: WAĦDA MILL-INIZZJATTIVI BIEX TITNAQQAS L-OBEŻITA’ FIT-TFAL

pr141311
Date Icon 09/06/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum fl-Eden Superbowl ingħata tagħrif dwar l-inizzjattiva ta’ logħob tal-bowling b’xejn fis-Sajf.  Din l-inizzjattiva hi miftuħa għall-tfal bejn il-5 u s-16-il sena li jistgħu jilagħbu 2 logħbiet b’xejn kuljum tul il-ġranet tas-sajf bejn Lulju u Settembru.  Waqt li jkunu qed jilagħbu t-tfal ser ikunu jistgħu jagħżlu li jieħdu ikel san offrut fuq is-sit.

Eden Leisure Group ħarġu b’din l-inizzjattiva bl-għan ewlieni tagħha huwa li titnaqqas l-obeżita’ fit-tfal.  L-istatistika tkompli tikkonferma li l-obesita’ hija pjaga fil-gżejjer Maltin.  Studji riċenti juru li t-tfal Maltin ta’ 10 snin huma t-tieni l-eħxen fl-Ewropa. 

L-inizzjattiva ntlaqgħet tajjeb ferm mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport flimkien mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, kellu kliem favorevoli għal din l-inizzjattiva li tkompli ssaħħaħ il-ħidma li qed jagħmel il-Gvern kontra l-obeżita’.  Fil-fatt bosta entitajiet governattivi qed jaħdmu flimkien biex joħolqu inizzjattivi ta’ din ix-xorta u flimkien jippromwovu ħajja sana.  Huwa saħaq fuq l-importanza li l-Gvern jingħaqad ma’ entitajiet privati u joħloq inizzjattivi ta’ din ix-xorta.  Għall-Agius din l-inizzjattiva għandha għan doppju hekk kif mhux biss qed niġġieldu l-obeżita’  imma qed inħajjru aktar tfal jersqu lejn il-logħba tal-bowling.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll minn Charmaine Gauci f’isem il-Health Promotion Unit li saħqet li din l-inizzjattiva hija investiment biex intejbu l-mod ta’ kif wieħed jiekol u l-attivita’ fiżika fl-istess ħin.  Hija wkoll opportunita’ biex it-tfal, fix-xhur tas-sajf jiċċaqalqu flok jużaw ħinhom biex jaraw it-televixin jew jilagħbu fuq il-kompjuter. 

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll minn Simon Decesare u Neil Dent f’isem Eden LeisureGroup.  Aktar informazzjoni dwar din l-inizzjattiva tista’ tinstab fuq is-sit www.edensuperbowl.com.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow