AZZJONI BIL-FATTI KONTRA X-XOGĦOL PREKARJU
Qed tiġi attwata d-deċiżjoni tal-Gvern li jeskludi żewġ kumpaniji privati mill-għoti ta’ kuntratti pubbliċi wara li nstabu ħatja li ħaddmu xogħol prekarju bi ksur tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Id-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ ċirkolari li permezz tagħha informa b’mod uffiċjali lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet tad-Dipartimenti fis-Settur Pubbliku biex, għas-sentejn li ġejjin, ma jikkunsidrawx lill-kumpaniji Gafasaveways Ltd u Clentec Ltd għall-ebda direct orders, quotations jew tenders pubbliċi.
Din id-deċiżjoni kontra x-xogħol prekarju hija riżultat tar-regolamenti ġodda li daħlu fis-seħħ fl-ewwel xhur ta’ amministrazzjoni ġdida li jagħtu lok għal spezzjonijiet spissi fuq kumpaniji li jieħdu kuntratti għal servizzi lill-Gvern. Miżuri oħra diġà ttieħdu fosthom li l-kuntratti li jiskadu, jekk mhux għal raġunijiet urġenti, ma jiġux imġedda biex joħorġu tenders ġodda bil-kundizzjonijiet li jipproteġu lill-ħaddiema.
F’April li għadda tħabbar li madwar 40 impjegat li jaħdmu mal-ARMS se jibda jkollhom dħul diċenti u kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar. Wasal issa lejn l-aħħar tiegħu l-proċess li se jissarraf fl-implimentazzjoni ta’ pjan li jġib bidla kbira f’dan il-qasam għal firxa aktar wiesgħa ta’ ħaddiema.
Permezz ta’ prinċipji ġodda, il-Gvern irid iħaddem mekkanżimu li ma jħallix twieqi mbexxqa għall-abbuż. Il-Gvern se jżomm kelmtu li jagħti daqqa kbira lill-prekarjat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041