Ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern – Ġunju 2014 – Riżultat tal-allokazzjoni
Kien hemm domanda qawwija mill-membri tal-pubbliku kif ukoll mill-investituri finanzjarji għall-aħħar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern.
Sad-dati tal-għeluq fil-5.00pm tal-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2014 u f’nofsinhar tat-Tnejn, 9 ta’ Ġunju 2014, it-Teżor kien irċieva 5,289 applikazzjoni b’valur totali ta’ ’l fuq minn Euro 322 miljun meta l-ammont maħruġ kien ta’ Euro 100 miljun (soġġett għal Dritt li jiżdied l-iStock b’massimu ta’ Euro 80 miljun).
It-Teżor ser jalloka l-ammont li aċċetta kif ġej:
Applikazzjonijiet/ offerti sottomessi | Allokazzjoni | ||
Membri tal-pubbliku/ Istituzzjonijiet Finanzjari | Membri tal-pubbliku | Istituzzjonijiet Finanzjari (Irkant) | |
Nominali(€) | Nominali(€) | Nominali(€) | |
4.3% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2033 (I) offrut għall-membri tal –pubbliku bil-prezz ta’ €100.75 | 249,550,100 | 150,699,900 | ma ġewx allokati offerti |
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt (6) xhur +90 bps | 73,000,000 | - | 29,300,000 |
It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet mill-pubbliku, li laħqu l-ammont ta’ Euro 150,699,900 intlaqgħu kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041