Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-MEMBRI PARLAMENTARI MALTIN LI ĠEW ELETTI FIL-PARLAMENT EWROPEW

pr141304
Date Icon 09/06/2014

Aktar kmieni matul il-jum, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, rċieva żjara ta’ kortesija mill-Membri Parlamentari Maltin li ġew eletti fil-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda. 

L-iSpeaker beda billi rringrazzja lill-kandidati kollha li pparteċipaw għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kemm dawk eletti kif ukoll dawk li ma ġewx eletti.

Il-President tal-Kamra tad-Deputati rrimarka b’mod pożittiv li Malta bagħtet sinjal ċar dwar il-fatt li għandna maġġoranza ta’ nisa li ġew eletti fil-Parlament Ewropew u dan għandu jiġi rifless f’aktar Membri Parlamentari nisa eletti fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. 

L-iSpeaker enfasizza l-fatt li r-riżultat globali tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bagħat messaġġ ċar li “not all is well with Europe”.  L-iSpeaker Farrugia interpreta dan il-messaġġ illi l-Parlament Ewropew għandu jaħdem ferm aktar fil-qrib mal-Parlamenti Nazzjonali Ewropej u l-poteri mgħoddija lill-istess Parlamenti Nazzjonali, b’riżultat tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom isarfu aktar biex ikun hemm żvillupp li  l-iSpeaker irrifera għalih  “as another pillar in European democracy’. B’hekk l-istati membri Ewropej ikunu kkumplimentati b’dak li sejjaħlu “Think Tank Forum” tal-Parlamenti Nazzjonali Ewropej, biex b’hekk tiġi assigurata l-integrazzjoni ħajja Ewropea  mhux fuq il-karta biss.

Għal din il-laqgħa flimkien ma l-iSpeaker u l-Membri Parlamentari Maltin Ewropej, kienu preżenti Carmelo Abela, Whip tal-Gvern u David Agius, Whip tal-Oppożizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow