L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-MEMBRI PARLAMENTARI MALTIN LI ĠEW ELETTI FIL-PARLAMENT EWROPEW
Aktar kmieni matul il-jum, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, rċieva żjara ta’ kortesija mill-Membri Parlamentari Maltin li ġew eletti fil-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda.
L-iSpeaker beda billi rringrazzja lill-kandidati kollha li pparteċipaw għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kemm dawk eletti kif ukoll dawk li ma ġewx eletti.
Il-President tal-Kamra tad-Deputati rrimarka b’mod pożittiv li Malta bagħtet sinjal ċar dwar il-fatt li għandna maġġoranza ta’ nisa li ġew eletti fil-Parlament Ewropew u dan għandu jiġi rifless f’aktar Membri Parlamentari nisa eletti fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
L-iSpeaker enfasizza l-fatt li r-riżultat globali tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bagħat messaġġ ċar li “not all is well with Europe”. L-iSpeaker Farrugia interpreta dan il-messaġġ illi l-Parlament Ewropew għandu jaħdem ferm aktar fil-qrib mal-Parlamenti Nazzjonali Ewropej u l-poteri mgħoddija lill-istess Parlamenti Nazzjonali, b’riżultat tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom isarfu aktar biex ikun hemm żvillupp li l-iSpeaker irrifera għalih “as another pillar in European democracy’. B’hekk l-istati membri Ewropej ikunu kkumplimentati b’dak li sejjaħlu “Think Tank Forum” tal-Parlamenti Nazzjonali Ewropej, biex b’hekk tiġi assigurata l-integrazzjoni ħajja Ewropea mhux fuq il-karta biss.
Għal din il-laqgħa flimkien ma l-iSpeaker u l-Membri Parlamentari Maltin Ewropej, kienu preżenti Carmelo Abela, Whip tal-Gvern u David Agius, Whip tal-Oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041