Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TINAWGURA KLASSI MGĦAMMRA BL-AĦĦAR TEKNOLOĠIJA DIĠITALI

pr141303
Date Icon 09/06/2014

Dalgħodu fl-iskola primarja tal-Belt Valletta, il-President Marie-Louise Coleiro Preca inawgurat klassi interattiva mgħammra bl-aħħar teknoloġija diġitali iffinanzjata mill-Fondazzjoni Save A Life.

Waqt l-inawgurazzjoni l-President Coleiro Preca spjegat kif din l-inizzjattiva hija eżempju prattiku ta’ Public Social Partnership fejn għaqda mhux governattiva qed taħdem flimkien ma’ entità tal-gvern.

Qalet li biex bħala poplu nibqgħu relevanti f’din il-ħajja globalizzata rridu nħeġġu l-innovazzjoni u l-kreattività.

Il-President sostniet li dak li qed isir mill-Fondazzjoni huwa investiment fit-tfal li se jkunu kapaċi jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom u jgħinhom jiżviluppaw soċjetà li tagħraf aktar il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tagħha.

Il-President Coleiro Preca temmet tgħid li din il-Presidenza se tkun qed tħares li taħdem flimkien mal-għaqdiet mhux governattivi biex jitkattru aktar inizzjativi li kapaċi joħolqu opportunitajiet biex negħlbu l-inugwaljanzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow