EARTH GARDEN 2014 : L-AKBAR GREEN FESTIVAL F'PAJJIŻNA
Xhieda ħajja ta' kif l-arti, l-mużika, l-kultura u d-divertiment jistgħu joħolqu kuxjenza favur l-ambjent - Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat
Meta żar l-Earth Garden Festival 2014, fil-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali, il-Ministru Leo Brincat qal li dan il-festival huwa xhieda ħajja ta' kif l-arti, il-mużika, il-kultura u d-divertiment jistgħu joħolqu kuxjenza favur l-ambjent.
Huwa qal li jqis dan il-festival bħala l-akbar Green Festival f'pajjiżna.
Kien f'dan il-kuntest li l-Ministru ssuġġerixxa li l-festival kellu jġib l-isem ta’: Our Environment, Your Well Being (L-Ambjent Tagħna, u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Għalik)
Il-Ministru Brincat qal li jħossu kburi li dan il-festival mhux biss qed jiġi co-sponsored mill-Ministeru tal-Ambjent u organizzat f'Park Nazzjonali, li jaqa’ taħt r-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħu, iżda meta offra li jitħabbru d-dettalji tal-festival fil-ġnien tal-Ministeru tal-Ambjent ried jibgħat sinjal ċar ta' appoġġ u inkoraġġament għall-promoturi ħabrieka ta' dan il-festival, kif ukoll għal għadd numeruż ta' Maltin, Għawdxin u anki viżitaturi li jqisu dan il-festival bħala parti importanti fil-kalendarju annwali tagħhom.
Il-Ministru Brincat tenna li l-ħeġġa u l-kreattività tal-organizzaturi favur il-ħolqien ta' ambjent u kwalità ta' ħajja aħjar, huwa rifless fid-diversi attivitajiet organizzati matul il-festival, kif ukoll mis-siti użati: mit-Teatru Grieg għall-Camping Area u l-Open Village, mill-Electronic Sphere għar-Roots Stage u mill-Ethnic Market, għall-Holistic Area u s-Smiley Funk Park, u l-Enchanted Forest għall-Chill Out area.
Il-Ministru wiegħed bil-quddiem aktar appoġġ għal dan il-festival fis-snin li ġejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041