JIDĦOL FIS-SEĦĦ ID-DRITT GĦAD-DISCLOSURE FI PROĊEDURI KRIMINALI WAQT ARREST
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici daħħal fis-seħħ, permezz ta avviż legali, dritt ġdid u mportanti favur il-persuna li tkun arrestata fi proċeduri kriminali – id-dritt għad-disclosure.
Id-dritt għad-disclosure huwa d-dritt li permezz tiegħu suspettat jew akkużat ikollu aċċess għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali.
B’dan il-mod l-akkużat jew suspettat ikun f’pożizzjoni aħjar li jikkontesta b'mod effettiv il-leġittimita' tal-arrest jew id-detenzjoni, u jkollu aċċess għal kull materjal ta' evidenza fil-pussess tal-Pulizija, kemm jekk favur jew kontra l-imsemmija persuna suspettata jew l-akkużat, jew lill-avukati tiegħu sabiex tkun salvagwardjata l-ġustizzja tal-proċedimenti u li jipprepara d-difiża tiegħu.
Dan id-dritt se jippermetti persuni suspettati jew akkużati li jippreparaw d-difiża tagħhom bl-aħjar manjiera u se jwassal għal proċeduri aktar spediti u effiċjenti.
Kien ilu snin jinħass il-bżonn li l-persuni suspettati jew akkużati għandhom jingħataw aċċess għad-dokumenti u provi materjali fil-fajl miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti.
L-avviż legali għadda bis-saħħa ta emendi li kienu saru fl-abbozz ta' liġi li jemenda diversi materji kriminali ppublikat nhar il-18 ta’ Marzu 2014.
F’livell Ewropew, l-Unjoni Ewropea ilha mit-30 Novembru 2009 li għaddiet direttiva dwar Pjan għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali li jinkludu miżura dwar id-dritt għall-informazzjoni
Il-Gvern fix-xhur li ġejjin mistenni jippubblika għadd ta' emendi li jagħtu drittijiet ġodda lill-akkużat u b’hekk pajjiżna ikun fost l-aħjar pajjiżi fl-Ewropa f’dan is-settur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041