Left arrow Mur Lura

25 BANDA JIBBENEFIKAW MILL-FONDI TAL-ISKEMA "IT-TAĦRIĠ MUŻIKALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIL-KAŻINI TAL-BANDA"

pr141292
Date Icon 07/06/2014

L-għan prinċipali tal-Każini tal-Banda dejjem kien li jkollhom alljievi mħarrġa fil-banda tagħhom.  L-Aġenżija Żgħażagħ ingħaqdet mal-Għaqda Każini tal-Banda biex nediet l-iskema “It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda” li ntlaqgħet b’ħerqa minn bosta baned.   Dawk interessati kellhom jagħmlu proposta jew inizjattiva li biha jħeġġu ż-żgħażagħ jitgħallmu strumenti mużikali, itejbu s-servizzi ta’ tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġa qegħdin jattendu l-każini u/jew iniedu iniżjattivi innovattivi u sostenibbli biex jibdew jew isaħħu l-istrutturi ta’ tagħlim mużikali tagħhom.

Kienu 34, il-każini tal-banda li applikaw għal din l-iskema.  Il-bord tal-għażla skrutinja l-inizzjattivi u  proposti u minnhom ra li 25 każin tal-banda laħqu l-kriterji stipulati.  L-inizjattivi varjaw minn dawk speċifiċi għal tagħlim iffukat fuq tip wieħed ta’ strument sa dawk aktar ħolistiċi, minn dawk biex tittejjeb l-faċilita’ u oħrajn innovattivi bħat-tagħlim tal-banda bl-użu ta’ teknoloġija moderna.

Il-kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Teuma qalet li permezz tal-iskema ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’, Aġenzija Żgħażagħ qed tgħin liż-żgħażagħ fl-edukazzjoni mhux formali tagħhom. Dan permezz ta’ tagħlim artistiku li jmur lil hinn mit-tagħlim offrut fl-iskola, kif ukoll li jmur lil hinn mill-edukazzjoni offruta fl-ambjenti mużikali oħra. Fl-istess waqt permezz ta’ din l-iskema, l-Aġenzija Żgħażagħ qed tħajjar lil Każini tal-Banda jiġu bil-proposti edukattivi tagħhom li jirriflettu l-bżonnijiet taż-żgħażagħ tal-lokalità tagħhom u b’hekk is-servizz ikun ta’ kwalità aħjar.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius qal li l-Gvern jagħraf li l-espressjoni kulturali hija mportanti għall-iżvilupp taż-żgħażagħ u li din tiġġenera benefiċċji wiesgħa li joħolqu l-ġid.  Kompla jgħid li l-arti u l-kultura għandhom jingħataw is-sostenn meħtieġ għax huma nvestiment dirett fiċ-ċittadini u s-soċjeta’ Maltija.  Il-Gvern huwa kommess li jilħaq lil kulħadd u li ħadd ma jitħalla barra u għalhekk il-Gvern qed jaħdem biex ikollu firxa wiesgħa t’opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow