IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, FLIMKIEN MAS-CEO TAL-MEPA, ILLUM ŻARU L-MARATONA TA’ PUTTINU CARES
Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon, u s-CEO tal-MEPA, is-Sur Johann Buttigieg, illum żaru l-maratona ta’ Puttinu Cares fil-Marsa Sportsgrounds. Huma ġew milqugħa minn rappreżentant ta’ Puttinu Cares li dawwarhom u laqqagħhom ma’ diversi parteċipanti tal-maratona.
L-Avukat Michael Falzon qal, illi fuq inizjattiva tal-istaff u l-management tal-MEPA, ġew organizzati diversi attivitajiet fil-bini tal-MEPA stess, biex jinġabru fondi għal din il-maratona. Huwa kompla billi ppreżenta s-somma ta’ flus miġbura lill-organizzaturi.
Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi faħħar il-għan wara l-inizjattiva ta’ din il-maratona, u ħeġġeġ lill-pubbliku in ġenerali sabiex jieħu sehem u jagħti d-donazzjonijiet, ħalli fl-aħħar mill-aħħar jintlaħaq l-iskop li l-appartamenti li Puttinu Cares bnew f’Sutton, l-Ingilterra, jigu mħallsin fi żmien tliet snin minflok f’għaxar snin.
Huwa għalaq billi rringrazzja b’mod speċjali lill-ħaddiema kollha tal-MEPA li taw sehemhom għal dan il-għan nobbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041