Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, FLIMKIEN MAS-CEO TAL-MEPA, ILLUM ŻARU L-MARATONA TA’ PUTTINU CARES

pr141290
Date Icon 06/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon, u s-CEO tal-MEPA, is-Sur Johann Buttigieg, illum żaru l-maratona ta’ Puttinu Cares fil-Marsa Sportsgrounds.  Huma ġew milqugħa minn rappreżentant ta’ Puttinu Cares li dawwarhom u laqqagħhom ma’ diversi parteċipanti tal-maratona.

L-Avukat Michael Falzon qal, illi fuq inizjattiva tal-istaff u l-management tal-MEPA, ġew organizzati diversi attivitajiet fil-bini tal-MEPA stess, biex jinġabru fondi għal din il-maratona.  Huwa kompla billi ppreżenta s-somma ta’ flus miġbura lill-organizzaturi.

Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi faħħar il-għan wara l-inizjattiva ta’ din il-maratona, u ħeġġeġ lill-pubbliku in ġenerali sabiex jieħu sehem u jagħti d-donazzjonijiet, ħalli fl-aħħar mill-aħħar jintlaħaq l-iskop li l-appartamenti li Puttinu Cares bnew f’Sutton, l-Ingilterra, jigu mħallsin fi żmien tliet snin minflok f’għaxar snin.

Huwa għalaq billi rringrazzja b’mod speċjali lill-ħaddiema kollha tal-MEPA li taw sehemhom għal dan il-għan nobbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow