Left arrow Mur Lura

OTTIMIŻMU KAWT FUQ IL-MOD KIF QED JIŻVILUPPA D-DIBATTITU DWAR IL-PROSEKUTUR EWROPEW

pr141287
Date Icon 06/06/2014

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonniċi esprima ottimiżmu kawt li d-dibattitu dwar it-twaqqif ta’ Uffiċċju ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) qed jevolvi fid-direzzjoni t-tajba u li Malta ħadmet għaliha mill-bidunett.   Huwa sostna li l-indipendenza u l-imparzjalità tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali għandhom jibqgħu mhux mittiefsa u fl-istess ħin tikber il-koperazzjoni u l-effiċjenza bejn l-iStati Membri u l-Unjoni Ewropea fuq kawżi kriminali relatati ma’ fondi Ewropej.

Huwa u jipparteċipa f’laqgħa tal-Ministri tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea (JHA) fil-Lussemburgu Bonnici spjega li l-Presidenza Griega għamlet ħafna xogħol tajjeb sabiex il-mudell li jkun użat fit-twaqqif ta’ Proskutur Ewropew ma jkunx wieħed maqtugħ mill-Istati Membri imma jkun wieħed kolleġġjali ffurmat mill-Istati Membri nfushom. Mill-bidu nett, Malta saħqet li dan il-mudell igawdi minn indipendenza u imparzjalità sħiħa. Huwa wkoll esprima sodisfazzjon li l-Presidenza Taljana jidher li se tibqa’ timxi fuq l-istess triq.

Il-mudell oriġinali propost mill-Kummissjoni Ewropea kien ta’ Prosekutur Ewropew ċentrali li jiddeċiedi hu meta u kif jittieħdu proċeduri kriminali fil-konfront ta’ ċittadin fil-Qorti ta’ Malta u tal-bqija tal-Qrati fl-Ewropa fuq suspett fondat li jkun sar frodi ta’ fondi Ewropej.  Il-Parlament Malti fit-23 ta’ Ottubru 2013 li għadda u 14-il Kamra oħra tad-Deputati fi ħdan id-diversi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea kienu ddikjaraw li dan il-mudell imur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-Kostituzzjoni tad-diversi pajjiżi membri.

Dr Bonnici spjega li fadal ħafna xogħol x’isir biex dak li esprimew id-diversi Parlamenti fl-Ewropa jiġi implimentat u Malta se tibqa’ timbotta favur mudell fejn id-direzzjoni u l-monitoraġġ ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jsiru fuq dawn it-tip ta’ reati jkunu kompetenza taż-żewġ istituzzjonijiet, jiġifieri  kemm f’idejn rapprezentant Ewropew u kif ukoll  f’idejn il-prosekutur Malti fi ħdan dik li qed jiġi propost li tissejjaħ “Kamra Permanenti”.

Matul il-laqgħa tal-Ministri tal-Ġustizzja gew diskussi wkoll oqsma relatati mal-privatezza tal-informazzjoni ta’ l-individwu, partikolarment wara d-deċizjoni  tal-Qorti Ewropea li ddikjarat li d-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Data bħala nulla u bla effett u d-dritt il-ġdid irreferut bħala “d-dritt li wieħed jiġi minsi”, ir-rapport dwar id-drogi fl-Ewropa, ir-rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea, d-drittijiet ta’ assistenza legali għal tfal li jkunu qed jiġu investigati fuq reati kriminali u l-koperazzjoni fil-ħidma kontra l-kriminalità fl-Ewropa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow