STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr141286
06/06/2014
Kuntrarju għal kif qiegħed jagħti l-impressjoni l-artiklu ta’ The Guardian dwar spjunaġġ fuq in-nies, in-numru imsemmi jirreferi fil-maġġor parti assoluta tiegħu għall-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar reati kriminali filwaqt li ammont żgħir ħafna minn dawn huma interċetazzjonijiet jew informazzjoni mitluba mis-Servizzi ta’ Sigurtà ta’ pajjiżna.
Dan in-numru fil-maġġor parti tiegħu jirreferi għall-informazzjoni mitluba mill-Pulizija dwar investigazzjonijiet kriminali kif ukoll talbiet mill-Pulizija sabiex tkun provduta informazzjoni dwar persuni li jkunu ġew irrapurtati nieqsa sabiex jinstabu fl-iqsar żmien possibli.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041