IL-LIĠI LI QED IFASSAL IL-GVERN MALTI DWAR IT-TIBDIL TAL-KLIMA - PASS POŻITTIV SKONT L-GĦOLA UFFIĊJAL TAL-ĠNUS MAQGĦUDA DWAR IL-KLIMA
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat
Christiana Figueres, l-għola uffiċjal tal-Ġnus Magħquda dwar il-Klima, laqgħet bħala pass pożittiv il-fatt li bħalissa l-Gvern Malti qed ifassal liġi dwar it-Tibdil fil-Klima. Dan qalitu waqt laqgħa li kellha mal-Ministru Leo Brincat ġewwa Bonn, waqt il-laqgħa dwar Climate Action li qed torganizza il-Ġnus Maqgħuda fuq Livell Ministerjali bi tħejjija għas-Summits li mistennija jsiru fix-xhur li ġejjin.
Fiż-żewġ interventi tiegħu lill-plenarja, l-Ministru Brincat qal li l-gassijiet serra f'pajjiżna mistennija jonqsu b’40% fil-qasam tal-Enerġija sas-sena 2020 b’ paragun ma’ li kienu fis-sena 1990 minħabba li sa llum l-akbar emissjonijiet dejjem ġew mis-settur tal-Enerġija.
Il-Ministru Brincat saħaq li bil-qalba għall-gas, pajjiżna mistenni jnaqqas in-nefqa fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku filwaqt li jnaqqas ukoll l-impatt ambjentali b’ dan il-pass.
Dwar il-liġi dwar it-Tibdil tal-Klima, l-Ministru Brincat qal li permezz tagħha ser jiġu stabbiliti l-istrutturi meħtieġa biex it-targets ta’ pajjiżna għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-adattazzjoni jiġu mmonitorjati, aġġornati u anki vverifikati
Il-Ministru Brincat tenna li billi dan mistenni jkollu effett pożittiv ukoll fuq il-kwalita tal-arja, huwa jemmen li dawn il-miżuri ser itejbu l-kwalita tal-ħajja tal-Maltin u Għawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041