Left arrow Go Back

IL-LIĠI LI QED IFASSAL IL-GVERN MALTI DWAR IT-TIBDIL TAL-KLIMA - PASS POŻITTIV SKONT L-GĦOLA UFFIĊJAL TAL-ĠNUS MAQGĦUDA DWAR IL-KLIMA

pr141285
Date Icon 06/06/2014

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat

Christiana Figueres, l-għola uffiċjal tal-Ġnus Magħquda dwar il-Klima, laqgħet bħala pass pożittiv il-fatt li bħalissa l-Gvern Malti qed ifassal liġi dwar it-Tibdil fil-Klima. Dan qalitu waqt  laqgħa li kellha mal-Ministru Leo Brincat ġewwa Bonn, waqt il-laqgħa dwar Climate Action li qed torganizza il-Ġnus Maqgħuda fuq Livell Ministerjali bi tħejjija għas-Summits li mistennija jsiru fix-xhur li ġejjin.

Fiż-żewġ interventi tiegħu lill-plenarja, l-Ministru Brincat qal li l-gassijiet serra f'pajjiżna mistennija jonqsu b’40% fil-qasam tal-Enerġija sas-sena 2020 b’ paragun  ma’ li kienu fis-sena 1990  minħabba li sa llum l-akbar emissjonijiet dejjem ġew mis-settur tal-Enerġija. 

Il-Ministru Brincat saħaq li bil-qalba għall-gas, pajjiżna mistenni jnaqqas in-nefqa fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku filwaqt li jnaqqas ukoll  l-impatt ambjentali b’ dan il-pass.

Dwar il-liġi dwar it-Tibdil tal-Klima, l-Ministru Brincat qal li permezz tagħha ser jiġu stabbiliti l-istrutturi meħtieġa biex it-targets ta’ pajjiżna għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-adattazzjoni jiġu mmonitorjati, aġġornati u anki vverifikati

Il-Ministru Brincat tenna li billi dan mistenni jkollu effett pożittiv ukoll fuq il-kwalita  tal-arja,  huwa jemmen li dawn il-miżuri ser itejbu l-kwalita tal-ħajja tal-Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow