Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-AVUKAT MICHAEL FALZON, FLIMKIEN MAL-ISTAFF TAS-SEGRETARJAT TIEGĦU, ILLUM INGĦAQDU MAL-IMPJEGATI TAL-MEPA BIEX JAGĦTU D-DEMM, FL-OKKAŻJONI TAL-WORLD BLOOD DONOR DAY, LI SE TKUN IMFAKKRA

pr141284
Date Icon 06/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari l-Avukat Michael Falzon, flimkien mal-istaff tas-Segretarjat tiegħu, illum ingħaqdu mal-impjegati tal-MEPA biex jagħtu d-demm.  Din l-inizjattiva ttieħdet fl-okkażjoni tal-World Blood Donor Day, li se tkun imfakkra nhar is-Sibt 14 ta’ Gunju 2014.

L-Avukat Michael Falzon qal, li l-bżonn tad-demm qiegħed dejjem aktar jiżdied, minn sena għall-oħra, u ħafna pazjenti madwar id-dinja m’għandhomx il-faċilita’ li jsibu d-demm disponibbli kull meta jkollhom bzonn.  Huwa kompla jgħid li t-tema magħżula għall-WorldBlood Donor Day ta’ din is-sena hija “Safe blood for saving mothers”.  L-għan wara din il-kampanja huwa sabiex jiżdied l-għarfien tal-importanza li jkun hemm dejjem ħażna ta’ demm li tkun suffiċjenti għall-kazi u l-emerġenzi kollha li jinqalgħu, speċjalment fejn jidħlu nisa li jkollhom bżonn għoti ta’ demm waqt il-ħlas.

Is-Segretarju Parlamentari faħħar l-iskop li għalih tiġi organizzata kull sena din il-ġurnata ddedikata lid-donaturi tad-demm.  Dan għaliex din l-okkażjoni, barra milli żżid l-għarfien tal-importanza tad-donazzjoni tad-demm, issir ukoll bħala ringrazzjament lid-donaturi kollha ta’ madwar id-dinja, għall-gest nobbli li jkunu qegħdin jagħmlu meta jagħtu d-demm.

L-Avukat Michael Falzon ikkonkluda billi faħħar l-inizjattiva li ħadet il-MEPA, flimkien mal-istaff tagħha, sabiex torganizza din l-attivita’ fil-bini tal-MEPA stess. Huwa kompla billi heġġeġ lill-pubbliku in ġenerali sabiex ikun dejjem ġeneruz fl-għoti tad-demm, matul is-sena kollha, biex b’hekk il-ħazna tad-demm qatt ma tkun nieqsa, u l-pazjenti dejjem isibu l-għajnuna immedjata.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow