STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Kap tal-Oppożizzjoni iddikjara formalment li ma jridx jixhed quddiem il-Kumitat tal-Privileġġi u li jwieġeb għal allegazzjonijiet serji ħafna li għamel fuq il-Prim Ministru mingħajr qatt ma ssostanzjahom.
L-avukat li qed jirrappreżenta l-Oppożizzjoni qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni “ma jridx jissoġġetta ruħu għad-domandi tad-deputati tal-Gvern”.
Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru kien l-ewwel wieħed li ta x-xhieda tiegħu u qagħad għall-iskrutinju tal-Oppożizzjoni u tal-Parlament.
Dan huwa mod ċar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni mhuwiex lest joqgħod għal skrutinju hu għal allegazzjonijiet li għamel hu stess. Din, minnha nniffisha, hija konferma li dak li qal la hu verità u lanqas jista’ jiġi ssostanzjat.
F’demokrazija, anke l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu responsabbiltajiet x’jerfa’ u dak li qal għandu jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu u jissostanzjah.
Il-kwistjoni issa hija waħda ta’ kredibbiltà u l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jerġa’ jfalli dan it-test.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041