IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU EDWARD ZAMMIT LEWIS JILTAQA’ MA’ UMBERTO PELIZZARI, CHAMPION TAD-DINJA TAL-APNEA
It-Turiżmu Sportiv hu niċċa importanti għat-turiżmu f’pajjiżna
Il-Ministru għat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis irringrazzja lil Umberto Pelizzari li għoġbu jiġi bit-tim tiegħu hawn Malta biex jagħti taħriġ fl-apnea, kif ukoll irringrazzja lill- organizzaturi Maltin.
Il-Ministru emfasizza l-importanza tat-turiżmu sportiv, speċjalment li għandu x’jaqsam mal-baħar u dan anki għaliex il-baħar m’hemmx dubju li huwa asset importanti ħafna għat-turiżmu. Il-Ministru irrefera għar-rapport tal-ġimgħa li għaddiet maħruġ mill-EU Environment Agency li bażikament ikklasifika l-ilma tal-baħar ta’ pajjiżna bħala t-tieni l-aktar nadif fost l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropeja.
Il-Ministru ikkonkluda li attivitajiet bħal dawn jiftħu opportunitajiet ġodda għat-Turiżmu Malti u huma garanzija ta’ prodott turistiku aħjar li hija prijorità ewlenija ta’ dan il-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041