Left arrow Mur Lura

ATTIVITAJIET KULTURALI JSAĦĦU L-IDENTITÀ TAL-LOKAL

pr141279mt
Date Icon 06/06/2014

Dan il-weekend ser jittellaw żewġ attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali, li jkomplu isaħħu l-identità tal-lokal ta' San Ġiljan u Sta. Venera. Dawn l-attivitajiet ġew mħabbra f' żewġ konferenzi stampa separati li saru fi ħdan l-istess lokalitajiet u ġew indirizzati mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo u s-Sindki rispettivi tagħhom.


Buontempo faħħar inizzjattivi bħal dawn li ġew parzjalment finanzjati minn lis-skemi tal-attivitajiet kulturali tal-gvern għaliex bihom igawdu kemm il-pubbliku, it-turisti, u jkun hemm aktar kummerċ fil-lokalità.


Is-Sindku ta' San Ġiljan is-Sur Peter Bonello ta’ id-dettalji fuq il-Festa Lapsi li hija attivita folkloristika kbira fejn għar-raba sena konsekuttiva ser terġa tittella nhar il-Ġimgha 6 ta’ Ġunju mis-sebgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem, li permezz tagħha titfakkar l-atmosfera ta’ żmien il-kavallieri.  Fl-area tal-Bajja ta’ Spinola ser ikun hemm diversi stands li ser ikunu qegħdin ibiegħu l-prodotti tradizzjonali Maltin. Flimkien ma’ dawn ser ikun hemm tisjir ta’ ikel tradizzjonali Malti fuq il-post. Ser ikun hemm ukoll stands bi prodotti ta’ snajja Maltija li ser ikunu qegħdin jinħadmu. Waqt li ser ikunu għaddejin dawn l-attivitajiet, ser issir daqq minn baned, kant u żfin folkoristiku, logħob Malti u re-enactment ta’ tieġ Malti minn atturi b’ilbies tradizzjonali. L-għan ta’ din l-attivita’ hu li terġa’ tiġi ntrodotta l-festa ta’ Lapsi f’Malta, li tiftaħ l-istaġun tal-għum.


Attività oħra mħabbra mis-Sindku ta' Sta Venera s-sur Stephen Sultana hija dik li ser tittella nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju mis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija ‘l quddiem, li fiha jingħata importanza il-passaġġ tal-ilma imwassal mill-Akkwadott u in-numru kbir ta’ ġonna li fihom kienu jitkabbru l-fjuri li r-raħal ta’ Santa Venera kien tant magħruf għalihom fil-passat. Din l-attivita ingħatat l-isem ta’ Akkwadott Iffjurit biex terġa tfakkar u tirrakkonta dak iż-żmien meta r-raħal ta’ Santa Venera kien raħal rurali min fejn kienu jinbiegħu il-fjuri. Waqt din l-attivita ser jintramaw stands b’ informazzjoni u ikel tipiku Malti, kif ukoll esibizzjonijiet ta’ talent Vendrizi.  Ser isir ukoll dawra kulturali b'ferrovija madwar ir-raħal ta’ Santa Venera fejn jingħata tagħrif fuq il-bini storiku li insibu f’dan ir-raħal. Flimkien ma dan kollu ser jittella spettaklu kompost minn mużiċisti lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow