ATTIVITAJIET KULTURALI JSAĦĦU L-IDENTITÀ TAL-LOKAL
Dan il-weekend ser jittellaw żewġ attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali, li jkomplu isaħħu l-identità tal-lokal ta' San Ġiljan u Sta. Venera. Dawn l-attivitajiet ġew mħabbra f' żewġ konferenzi stampa separati li saru fi ħdan l-istess lokalitajiet u ġew indirizzati mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo u s-Sindki rispettivi tagħhom.
Buontempo faħħar inizzjattivi bħal dawn li ġew parzjalment finanzjati minn lis-skemi tal-attivitajiet kulturali tal-gvern għaliex bihom igawdu kemm il-pubbliku, it-turisti, u jkun hemm aktar kummerċ fil-lokalità.
Is-Sindku ta' San Ġiljan is-Sur Peter Bonello ta’ id-dettalji fuq il-Festa Lapsi li hija attivita folkloristika kbira fejn għar-raba sena konsekuttiva ser terġa tittella nhar il-Ġimgha 6 ta’ Ġunju mis-sebgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem, li permezz tagħha titfakkar l-atmosfera ta’ żmien il-kavallieri. Fl-area tal-Bajja ta’ Spinola ser ikun hemm diversi stands li ser ikunu qegħdin ibiegħu l-prodotti tradizzjonali Maltin. Flimkien ma’ dawn ser ikun hemm tisjir ta’ ikel tradizzjonali Malti fuq il-post. Ser ikun hemm ukoll stands bi prodotti ta’ snajja Maltija li ser ikunu qegħdin jinħadmu. Waqt li ser ikunu għaddejin dawn l-attivitajiet, ser issir daqq minn baned, kant u żfin folkoristiku, logħob Malti u re-enactment ta’ tieġ Malti minn atturi b’ilbies tradizzjonali. L-għan ta’ din l-attivita’ hu li terġa’ tiġi ntrodotta l-festa ta’ Lapsi f’Malta, li tiftaħ l-istaġun tal-għum.
Attività oħra mħabbra mis-Sindku ta' Sta Venera s-sur Stephen Sultana hija dik li ser tittella nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju mis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija ‘l quddiem, li fiha jingħata importanza il-passaġġ tal-ilma imwassal mill-Akkwadott u in-numru kbir ta’ ġonna li fihom kienu jitkabbru l-fjuri li r-raħal ta’ Santa Venera kien tant magħruf għalihom fil-passat. Din l-attivita ingħatat l-isem ta’ Akkwadott Iffjurit biex terġa tfakkar u tirrakkonta dak iż-żmien meta r-raħal ta’ Santa Venera kien raħal rurali min fejn kienu jinbiegħu il-fjuri. Waqt din l-attivita ser jintramaw stands b’ informazzjoni u ikel tipiku Malti, kif ukoll esibizzjonijiet ta’ talent Vendrizi. Ser isir ukoll dawra kulturali b'ferrovija madwar ir-raħal ta’ Santa Venera fejn jingħata tagħrif fuq il-bini storiku li insibu f’dan ir-raħal. Flimkien ma dan kollu ser jittella spettaklu kompost minn mużiċisti lokali.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041