L-AMBAXXATUR JOSEPH COLE JIPPREŻENTA L-ITTRI TA’ KREDENZJALI LID-DIRETTUR GENERALI TAL-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-PROJBIZZJONI TAL-ARMI KIMIĊI (OPCW), L-AMBAXXATUR AHMET UZUMCU
Illum, l-Ambaxxatur Joseph Cole preżenta l-ittri ta’ kredenzjali lid-Direttur Generali tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi kimiċi (OPCW) l-Ambaxxatur Ahmet Uzumcu. L-Ambaxxatur Cole kien akkumpanjat mis-Sinjorina Daniela Sultana Segretarja Ewlenija fl-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta f’The Hague.
L-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi (OPCW) hija organizzazzjoni inter-governattiva bbażata f’The Hague. L-Organizzazzjoni tippromwovi u tivverifika l-osservanza tal-Konvenzjoni tal-Armi Kimiċi li tipprojbixxi l-użu ta’ armi kimiċi u tesiġi l-qerda tagħhom. L-Organizzazzjoni mhix Aġenzija tal-Ġnus Magħquda imma tikkopera kemm fuq policy u materji prattiċi. Il-Kwartieri Ġenerali kienu uffiċjalment miftuħa mir-Reġina Beatrix tal-Olanda fl-20 ta’ Mejju 1998.
Matul id-diskussjoni l-Ambaxxatur Cole informa lid-Direttur Ġenerali tal-OPCW li r-Repubblika ta’ Malta m’għandhiex armi kimiċi u assigurah bir-rieda tal-Gvern Malti li jikkopera bi sħiħ mas-Segretarjat tal-OPCW għall- qerda tal-armi kimiċi mid-dinja kollha.
L-Ambaxxatur Cole irrikonferma l-impenn b’saħħtu tar-Repubblika ta’ Malta għall-miri u l-oġġettivi tal-OPCW u li qed tħares ’il quddiem biex isservi fuq il-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW mill-2018 sal-2020.
Id-Direttur-Ġenerali tal-OPCW għaraf r-rwol attiv u kostruttiv ta’ Malta fi ħdan l-OPCW u tenna t-tama tiegħu għal futur ta’ koperazzjoni eċċellenti.
Waqt iċ-ċerminoja tal-preżentazzjoni tal-kredenzjali kien hemm ukoll preżenti s-Sur Petwer Sawczak, il-Kap tat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Governattivi u Affarijiet Politiċi kif ukoll is-Sur Wang Jun, Direttur għar-Relazzjonijiet Barranin.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041